Għad-dispożizzjoni tiegħek
Il-Parlament Ewropew jaħdem għall-ġid tal-Ewropej kollha. Irrispettivament mill-mod li bih tixtieq tinvolvi ruħek – jekk hux billi ssegwi l-iżviluppi, taħdem magħna jew tibgħatilna r-reazzjonijiet tiegħek – il-Parlament qiegħed hemm biex jaqdik.
Żomm ruħek infurmat
Il-Parlament Ewropew jidher 'il bogħod ħafna minn fejn tgħix inti? Żomm ruħek infurmat dwar dak li qed jiġri fil-Parlament permezz tal-paġni ta' informazzjoni u s-servizzi dokumentarji tagħna. Tista' wkoll tikkuntattja lill-Uffiċċju ta' Kollegament tagħna f'pajjiżek, fejn issib l-informazzjoni kollha bil-lingwa tiegħek.
Semma' leħnek
Għandek xi ħaġa li tixtieq tgħid? Għalhekk semma' l-opinjoni tiegħek. Ressaq petizzjoni quddiem il-Parlament jekk taħseb li fejn qiegħed inti hemm xi ksur tal-liġijiet tal-UE jew ikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew jekk għandek bżonn medjatur. Tista' wkoll titlob direttament liġijiet ġodda billi, flimkien ma' persuni oħra, tniedi inizjattiva taċ-ċittadini.
Aħdem magħna
Interessat li tesperjenza l-Parlament mill-qrib, pereżempju billi taħdem magħna? Agħti ħarsa lejn il-possibbiltajiet li noffru biex tkun tista' ssir kollega tagħna, tingħaqad magħna bħala trainee, jew tieħu sehem fi żjara ta' studju.
Trasparenza u etika
Hekk kif il-Parlament Ewropew isir aktar importanti u influwenti, huwa aktar kruċjali minn qatt qabel li dan jirrappreżenta lill-Ewropej b'mod kompletament miftuħ u trasparenti. Sir af aktar dwar kif naħdmu.
Il-binjiet tagħna
Nistednuk mhux biss iżżurna, iżda wkoll torganizza l-avvenimenti tiegħek stess fil-bini tagħna. Skopri aktar dwar x’nistgħu noffrulek, kif ukoll l-akkreditazzjoni li għandek bżonn u r-regoli tagħna dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data meta tidħol f’wieħed mill-bini tagħna.