Dar
Il-Premju Sakharov
Premju Sakharov: Il-premju tal-Parlament Ewropew għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem © European Parliament
Mogħti għall-ewwel darba fl-1988 lil Nelson Mandela u lil Anatoli Marchenko, il-Premju Sakharov għal-Libertà talĦsieb huwa l-ogħla ġieħ li tagħti l-Unjoni Ewropea għall-ħidma favur id-drittijiet tal-bniedem. Dan jagħti rikonoxximent lil individwi, gruppi u organizzazzjonijiet li taw kontribut eċċellenti għall-protezzjoni tallibertà tal-ħsieb.
Permezz tal-premju u n-netwerk assoċjat tiegħu, l-UE tappoġġa lir-rebbieħa, li jħossuhom imsaħħa u mogħtija s-setgħa fl-isforzi tagħhom biex jiddefendu l-kawżi tagħhom.Il-premju s'issa ngħata lil dissidenti, mexxejja politiċi, ġurnalisti, avukati, attivisti tas-soċjetà ċivili, kittieba, ommijiet, nisa, mexxejja ta' minoranzi, grupp anti-terrorista, attivisti għall-paċi, attivist kontra t-tortura, kartunista, priġunieri tal-kuxjenza li skontaw sentenzi twal, produttur tal-films, in-NU bħala entità u saħansitra tifla li taħdem favur id-dritt għall-edukazzjoni. Il-premju jippromwovi b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet tal-minoranzi, ir-rispett tad-dritt internazzjonali, l-iżvilupp tad-demokrazija u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt. Bosta rebbieħa
tal-Premju Sakharov, fosthom Nelson Mandela, Malala Yousafzai, Denis Mukwege u Nadia Murad, wara rebħu wkoll il-Premju Nobel għall-Paċi.
Il-Parlament Ewropew jagħti l-Premju Sakharov bl-allokazzjoni tiegħu ta' EUR 50 000 waqt seduta plenarja formali fi Strasburgu lejn l-aħħar ta' kull sena. Kull grupp politiku talParlament jista' jinnomina l-kandidati, kif jistgħu jagħmlu wkoll il-Membri individwali (bl-appoġġ ta' mill-inqas 40 Membru għal kull kandidat). Il-persuni nnominati jiġu ppreżentati waqt seduta konġunta bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u s-Sottokumitat għad-Drittijiet talBniedem, u l-membri tal-kumitati permanenti kollha jivvutaw għal lista ristretta ta' tliet kandidati. Ir-rebbieħ jew rebbieħa finali tal-Premju Sakharov jiġu magħżula mill-Konferenza talPresidenti, li hi korp tal-Parlament Ewropew immexxi mill-president, li jinkludi fih il-mexxejja tal-gruppi politiċi kollha rappreżentati fil-Parlament. Dan jagħmel l-għażla tar-rebbieħa għażla tassew Ewropea.

The Sakharov Prize - what it means
Kuntatti
DĠ COMM
Parlament Ewropew
60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 - Bruxelles/Brussell
il-Belġju
60 rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 - Bruxelles/Brussell
il-Belġju