European Economic
and Social Committee
Grupp ta’ Kuntatt
Il-Grupp ta’ Kuntatt ġie stabbilit fl-2004 biex jipprovdi qafas għad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-organizzazzjonijiet u n-netwerks Ewropej li l-Grupp jaħdem magħhom, kif jagħmel ukoll m’ Istituzzjonijiet oħra tal-UE, dwar kwistjonijiet trasversali ta’ interess komuni.
Il-Grupp jipprovdi pint uniku bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej, billi jippermetti d-djalogu ċivili u l-promozzjoni tad-demokrazija parteċipattiva. Permezz tiegħu, is-soċjetà ċivili tkun tista’ tiddiskuti u tinfluwenza l-aġenda tal-UE u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (kif previst fl-Artikolu 11 tat-TUE).
Il-Grupp ta’ Kuntatt huwa involut fl-organizzazzjoni ta’ inizjattivi u avvenimenti konġunti, kif ukoll seduti, konferenzi u workshops, dwar suġġetti ta’ interess komuni. L-avveniment annwali ewlieni tiegħu huwa l-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili, li jiġi organizzat b’mod konġunt mal-KESE.