Ir-regoli ta’ proċedura jinkludu r-regoli operattivi l-aktar importanti tal-EDPB. Huma jiddeskrivu:
- kif inhu organizzat l-EDPB;
- kif il-membri tiegħu jaħdmu flimkien;
- kif il-president u l-presidenti deputati tiegħu jinħatru; u
- il-metodi ta’ ħidma tiegħu.
Ara r-regoli ta’ proċedura tal-EDPB.
Il-Memorandum ta’ Qbil huwa l-ftehim li jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni bejn l-EDPB u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD). Huwa japplika wkoll għall-persunal tas-Segretarjat, li huwa pprovdut mill-KEPD sabiex jiġi appoġġat l-EDPB.
Ara l-Memorandum ta’ Qbil.