Ħarsa ġenerali lejn il-politika monetarja u s-swieq
L-istabbiltà tal-prezzijiet hija l-aqwa kontribuzzjoni li l-politika monetarja tista’ tagħmel għat-tkabbir ekonomiku
Fi ħdan il-BĊE, l-għan ewlieni tagħna huwa li l-prezzijiet jinżammu stabbli. Aħna naqdu lin-nies li jgħixu fiż-żona tal-euro billi naħdmu biex nippreservaw il-valur tal-euro. F’din it-taqsima tista’ titgħallem dwar l-istrateġija tal-politika tagħna, l-għodod li nużaw u l-impatt li għandhom fuq ħajtek ta’ kuljum.
Aħna nsegwu wkoll is-swieq finanzjarji. Dan jagħtina informazzjoni għall-kompitu ewlieni tagħna li nżommu l-prezzijiet stabbli, li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.
Deċiżjonijiet tal-politika monetarja
Kull sitt ġimgħat nieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja billi niddeterminaw x’għandu jsir biex l-inflazzjoni tinżamm taħt il-mira tagħna ta' 2%. Eżatt wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-President u l-Viċi President jispjegawhom fid-dettall f'konferenza stampa.
Deċiżjonijiet tal-politika monetarja u iżjedStqarrija tal-politika monetarja
Kull sitt ġimgħat nieħdu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja – billi niddeterminaw x’għandu jsir biex l-inflazzjoni tinżamm taħt kontroll. L-istqarrija viżiva tagħna tispjega dan fil-qosor u f’lingwaġġ li jinftiehem malajr.
Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħnaGħodod u miżuri tal-politika
Il-politika monetarja tagħna tinfluwenza kemm trid tħallas biex tissellef u kemm tirċievi mgħax għat-tfaddil tiegħek biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet. Skopri kif jaħdmu l-għodod u l-miżuri tagħna.
Aktar informazzjoni fuq l-għodod tagħnaOperazzjonijiet monetarji
Minbarra li niffissaw ir-rati ewlenin tal-imgħax, aħna nwettqu operazzjonijiet fis-suq miftuħ. Ara l-aktar informazzjoni reċenti dwar dawn l-operazzjonijiet.
Tagħrif ieħorKollateral
Meta l-banek jisselfu mingħandna, iridu jipprovdu kollateral adegwat bħala garanzija. Tixtieq tkun taf liema kollateral naċċettaw? Qed tfittex statistika dwar il-kollateral li rċevejna?
Iktar informazzjoni dwar il-kollateral