Kunsill Ġenerali
Il-Kunsill Ġenerali hu magħmul mill-President u l-Viċi President tal-BĊE u mill-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.
Fi kliem ieħor, il-Kunsill Ġenerali jinkludi rappreżentanti tal-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro u tal-pajjiżi kollha li mhumiex fiż-żona tal-euro fl-UE.
Il-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv, il-President tal-Kunsill tal-UE u membru wieħed tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali iżda m’għandhomx id-dritt tal-vot.
Responsabbiltajiet
Il-Kunsill Ġenerali jista’ jitqies bħala korp tranżitorju. Għandu d-dmirijiet li wiret mingħand l-Istitut Monetarju Ewropew u li l-BĊE meħtieġ li jwettaq fit-Tielet Fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja minħabba li sa’ issa mhux l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea adottaw l-euro.
Il-Kunsill Ġenerali jikkontribwixxi wkoll biex:
- jitwettqu l-funzjonijiet konsultattivi tal-BĊE;
- għall-ġbir ta’ informazzjoni statistika;
- għat-tħejjija tar-rapporti annwali tal-BĊE;
- għall-iffissar tar-regoli neċessarji għall-istandardizzazzjoni tal-kontabilità u r-rappurtar tal-operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN);
- għat-teħid ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-istabbiliment tal-iskemi għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għajr dawk diġà stipulati fit-Trattat;
- għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi tal-personal tal-BĊE; u
- għall-preparamenti neċessarji għall-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju tal-muniti tal-“Istati Membri li għandhom deroga” fil-konfront tal-euro.
Skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Ġenerali jiġi xolt meta l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jkunu daħħlu l-munita unika.