Public procurement and grants
Is-Cedefop, bħala Aġenzija tal-Unjoni Ewropea, għandu l-personalità ġuridika proprja tiegħu u jista’ jidħol f’relazzjonijiet kuntrattwali ma’ persuni, kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħrajn. Għalhekk huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Finanzjarju tas-Cedefop u d-direttivi rilevanti tal-UE dwar l-akkwist għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u Ftehimiet ta’ għotja, u jaħdem f’konformità mal-prinċipji bażiċi tat-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni l-aktar wiesgħa, il-proporzjonalità u l-ġestjoni finanzjarja tajba.
Jekk int interessat li tirċievi notifiki bl-email meta jiġu ppubblikati sejħiet ġodda ta’ akkwist, jekk jogħġbok irreġistra u abbona għan-notifiki bl-email għal sejħiet ġodda ta’ akkwist.
Privacy Statement on the protection of personal data in relation to Public Procurement