Formoli elettroniċi

Arkivju tal-implimentazzjoni tal-Formoli elettroniċi

Mistoqsijiet u Tweġibiet konsolidati mill-webinar dwar l-eNotices2 tat-12 ta’ Ottubru 2023

It-taqsira tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet mit-tieni webinar dwar l-eNotices2 issa hija disponibbli.

Hi disponibbli wkoll reġistrazzjoni tal-webinar fuq YouTube.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (01/12/2023)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.10.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK (Kit tal-Iżvilupp tas-Software) għal aktar dettalji.

Din il-verżjoni tal-SDK se tiġi attivata fl-ambjent ta’ Preview fl-04/12/2023 u fl-Ambjent ta’ Produzzjoni fil-05/12/2023.

 

Seminar annwali tat-TED eSenders (13 ta’ Diċembru 2023)

Ir-reġistrazzjonijiet għas-seminar annwali tat-TED eSenders, li se jsir online bil-Webex l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2023, 10.00-16.00 CET, issa huma miftuħin.Irreġistra sa 12.00 CET tat-Tlieta 12 ta’ Diċembru. Se tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni jum qabel il-laqgħa.

L-aġenda hija disponibbli fuq is-sit web tal-avveniment. Peress li s-sessjoni se tiġi rrekordjata, inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu

 

Q&A kkonsolidati mill-webinar dwar l-eNotices2 tad-19 ta’ Settembru 2023 

Wara l-ewwel webinar għall-utenti tal-applikazzjoni tal-web eNotices2, issa hi disponibbli taqsira tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet.

Hi disponibbli wkoll reġistrazzjoni tal-webinar fuq YouTube.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (09/10/2023)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.9.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

Din il-verżjoni tal-SDK se tiġi attivata fl-ambjent ta’ Preview fl-10/10/2023 u fl-Ambjent ta’ Produzzjoni fil-11/10/2023.

 

Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa għas-6 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi tagħna, fis-26 ta’ Settembru 2023

Ir-reġistrazzjonijiet għas-6 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, li se jsir online bil-Webex nhar it-Tlieta 26 ta’ Settembru 2023, 10.00-16.00 CET, issa huma miftuħin. Irreġistra sa 12.00 CET nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru. Se tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni jum qabel il-laqgħa. L-aġenda hija disponibbli fuq is-sit web tal-avveniment. Peress li s-sessjoni se tiġi rrekordjata, inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu

 

Tabella ta’ korrispondenza bejn il-formoli standard TED-XML u l-Formoli elettroniċi (03/08/2023)

Dan il-file għandu l-għan li jgħin lill-utenti tal-applikazzjoni attwali tal-eNotices (li timmaniġġja l-formoli standard tat-TED, kif definit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986), biex isibu l-formoli ekwivalenti fl-applikazzjoni l-ġdida tal-eNotices2 (li timmaniġġja l-Formoli elettroniċi, kif definit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780).

It-tabella tista’ tkun ta’ għajnuna wkoll għall-utenti ta’ pjattaformi oħra tal-Akkwist elettroniku bit-tranżizzjoni minn formoli TED-XML għal Formoli elettroniċi.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (26/07/2023)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.8.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (16/05/2023)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.7.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar in-nodi, l-oqsma u l-listi ta’ kodiċijiet, u jġib diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa għall-5 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, fit-23-24 ta’ Mejju 2023 (10/05/2023)

Nixtiequ nistednuk għall-5 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, li se jsir online bil-Webex it-Tlieta 23 ta’ Mejju 2023, 10.00-16.00 CET u l-Erbgħa 24 ta’ Mejju 2023, 10.00-12.00 CETIrreġistra sa 12.00 CET nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju. Se tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni jum qabel il-laqgħa. Peress li s-sessjoni se tiġi rrekordjata, inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu.

 

Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi Rilaxx 0.6.0 (17/04/2023)

Rilaxx ġdid tal-Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi (TEDXDC) ġie ppubblikat fuq github fuq https://github.com/OP-TED/ted-xml-data-converter. Dan ir-rilaxx tal-għodda jista’ jikkonverti parzjalment il-formoli ewlenin kollha għall-iskema R2.0.9: Avviżi ta’ Informazzjoni minn Qabel, Avviżi tal-Kuntratt u Avviżi ta’ Għoti ta’ Kuntratt.

 

Rilaxxati patches għall-SDK 1.3, 1.4, 1.5 tal-Formoli elettroniċi (14/03/2023)

Flimkien mal-SDK 1.6.0 tal-Formoli elettroniċi, illum irrilaxxajna l-patches għall-verżjonijiet attivi l-oħra kollha tal-SDK. B’mod speċifiku rrilaxxajna l-SDK 1.3.3, l-SDK 1.4.2, u l-SDK 1.5.2.

Il-verżjonijiet patched jinkludu traduzzjonijiet aġġornati tat-tikketti tat-test kif ukoll templates aġġornati ta’ viżwalizzazzjoni tal-avviżi. Il-partijiet l-oħra kollha tal-verżjonijiet patched tal-SDK ma nbidlux.

Minn issa ’l quddiem, flimkien mal-verżjonijiet il-ġodda tal-SDK, se nkomplu nirrilaxxaw patches għal verżjonijiet attivi preċedenti sabiex kwalunkwe applikazzjoni li għadha tużahom tkun tista’ tibbenefika minn traduzzjonijiet u templates tal-viżwalizzazzjoni aġġornati.

Il-verżjonijiet SDK 1.0, 1.1, u 1.2, li nħarġu qabel ma bdew jintużaw il-Formoli elettroniċi fl-14 ta’ Novembru 2022, se jitwaqqfu mill-użu tal-produzzjoni mill-14 ta’ April 2023. L-aċċess għal dawn il-verżjonijiet se jibqa’ fl-ambjent ta’ Preview lil hinn minn dik id-data għal kwalunkwe eSender li għadu jiżviluppa applikazzjonijiet b’verżjonijiet qabel l-SDK 1.3. L-eqdem verżjoni attiva għall-użu fl-ambjent ta’ Produzzjoni se tkun l-SDK 1.3.

 

Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa għar-4 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, fit-28 ta’ Marzu 2023 (14/03/2023)

Nixtiequ nistednuk għar-4 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, li se jsir online bil-Webex it-Tlieta 28 ta’ Marzu 2023, 10.00-16.00 CET.

Irreġistra sa 12.00 CET nhar it-Tnejn 27 ta’ Marzu. Se tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni jum qabel il-laqgħa.

Peress li s-sessjoni se tiġi rrekordjata, inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (14/03/2023)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.6.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari dwar in-nodi u l-oqsma, u jġib diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Ir-reġistrazzjoni hi miftuħa għat-3 Workshop Tekniku tal-Formoli elettroniċi tagħna, fl-1 ta’ Frar 2023 (17/01/2023)

Nixtiequ nistednuk għat-3 Workshop Tekniku tagħna dwar il-Formoli elettroniċi, li se jsir online bil-Webex l-Erbgħa 1 ta’ Frar 2023, 10.00-16.00 CETIrreġistra sas-18.00 CET it-Tnejn 30 ta’ Jannar biex tiżgura li tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni kif ukoll l-aħħar aġġornamenti. Peress li s-sessjoni se tiġi rrekordjata, inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu.

 

Immarka d-data: kalendarju tal-avvenimenti tat-TED eSenders / tal-Formoli elettroniċi tat-TED għall-2023 (21/12/2022)

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu l-pjaċir iħabbar il-kalendarju annwali tiegħu tal-avvenimenti tat-TED e-Senders / tal-Formoli elettroniċi għall-2023.

Jekk jogħġbok immarka d-dati fil-kalendarju tiegħek:

  • 1 ta’ Frar (it-3 Workshop Tekniku dwar il-Formoli elettroniċi)
  • 28-29 ta’ Marzu (ir-4 Workshop Tekniku dwar il-Formoli elettroniċi)
  • 23-24 ta’ Mejju (il-5 Workshop Tekniku dwar il-Formoli elettroniċi)
  • 26-27 ta’ Settembru (is-6 Workshop Tekniku dwar il-Formoli elettroniċi)
  • 12-13 ta’ Diċembru (Seminar Annwali dwar l-eSenders)

L-avvenimenti kollha huma organizzati madwar il-Formoli elettroniċi bħala webinars / workshops online ta’ nofstanhar wieħed jew żewġ nofstanhari. Informazzjoni aktar dettaljata flimkien mal-aġenda u l-istedina għar-reġistrazzjoni se jiġu kkomunikati fi żmien debitu.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (19/12/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.5.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (25/11/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.4.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Seminar annwali tat-TED eSenders (12-13 ta’ Diċembru 2022)

Nixtiequ ninfurmawk li r-reġistrazzjonijiet għas-Seminar Annwali tat-TED eSenders tal-2022 issa huma miftuħin. Is-seminar se jsir online bl-applikazzjoni Webex fuq żewġ nofstanhari fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2022.

Is-seminar ta’ din is-sena se jerġa’ jiffoka fuq l-implimentazzjoni u l-pjanijiet għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ formoli elettroniċi standard (Formoli elettroniċi) li saru disponibbli f’Novembru 2022.

Irreġistra fuq is-sit web sa 12.00 nofsinhar CET il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru biex tiżgura li tirċievi d-dettalji tal-konnessjoni kif ukoll l-aħħar aġġornamenti. Is-sessjonijiet se jiġu rrekordjati, u inti ġentilment mistieden taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħna.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattja lil OP-EVENTS@publications.europa.eu.

Nistennew bil-ħerqa li narawk fis-Seminar Annwali tagħna.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (11/11/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.3.2 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (09/11/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.3.1 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (07/11/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.3.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet u korrezzjonijiet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Immarka d-data: seminar annwali tat-TED eSenders (12-13 ta’ Diċembru 2022)

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu l-pjaċir iħabbar li s-Seminar annwali tat-TED e-Senders se jsir online fit-12-13 ta’ Diċembru 2022.

Jekk jogħġbok immarka d-data fil-kalendarju tiegħek.

Informazzjoni aktar dettaljata flimkien mal-aġenda u l-istedina għar-reġistrazzjoni se jiġu kkomunikati fi żmien debitu.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (10/10/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.2.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet fil-kontenut tal-metadata.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi Rilaxx 0.5.0 (19/09/2022)

Rilaxx ġdid tal-Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi (TEDXDC) ġie ippubblikat fuq github fuq https://github.com/OP-TED/ted-xml-data-converter.

Dan ir-rilaxx tal-għodda jista’ jikkonverti l-Avviżi tal-Kuntratt tat-TED u l-Avviżi tal-Għoti tal-Kuntratt. Jipprovdi wkoll għall-verżjonijiet multilingwi tal-elementi tat-test, u żdiedu għażliet biex jiġi kkontrollat ir-rappurtar tal-messaġġi lill-utent.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (15/09/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.1.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx iġib miegħu diversi bidliet fil-kontenut tal-metadata, b’mod partikolari relatati mal-emenda li jmiss għar-Regolament dwar il-Formoli elettroniċi.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (05/08/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 1.0.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq github.

Dan ir-rilaxx fih informazzjoni addizzjonali dwar l-oqsma, struttura ġdida għall-files Schematron, flimkien ma’ diversi aġġornamenti u titjib ieħor.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi Rilaxx 0.4.0 (02/08/2022)

Rilaxx ġdid tal-Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi (TEDXDC) ġie ppubblikat fuq github fuq https://github.com/OP-TED/ted-xml-data-converter.

Dan ir-rilaxx tal-għodda jista’ jikkonverti l-Avviżi dwar l-Għoti tal-Kuntratt bl-użu tal-formola TED F03, kif ukoll il-formoli kollha tal-Avviż tal-Kuntratt tat-TED.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (19/07/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 0.7.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx fih format ta’ file ġdid għat-tip ta’ avviż “definizzjonijiet”, flimkien ma’ diversi aġġornamenti u titjib. Jinkludi wkoll regoli ġodda ta’ Schematron, flimkien ma’ eżempji aġġornati tal-metadata tal-oqsma u tal-avviżi.

Għal aktar dettalji, ara ċ-changelog li jakkumpanja l-Kit tal-Iżvilupp tas-Software.

 

Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi (23/05/2022)

Il-Konvertitur mit-TED XML għall-Formoli elettroniċi (TEDXDC) qed jiġi żviluppat biex jassisti lill-organizzazzjonijiet li jippubblikaw avviżi ta’ akkwist fil-migrazzjoni tagħhom lejn il-Formoli elettroniċi. L-għodda tikkonverti avviż ippubblikat fl-iskemi tat-TED għal abbozz ta’ formola tal-istess avviż fil-Formoli elettroniċi.

L-aħħar rilaxx ġiet ppubblikat fuq github. Dan ir-rilaxx tal-għodda jista’ jikkonverti l-Avviżi tal-Kuntratt ippubblikati bl-użu tal-iskema XML tat-TED R.2.0.9.

 

Kampjuni aġġornati tal-viżwalizzazzjonijiet tal-avviż tal-Formoli elettroniċi (11/05/2022)

Dan il-file HTML jipprovdi kampjun ta’ data biex ikun aktar faċli li wieħed jara l-istruttura tat-TED Viewer, jifhem kif l-elementi joqogħdu flimkien u jippermetti li wieħed jaqleb bejn tipi differenti ta’ avviżi.

L-akbar bidla strutturali meta mqabbla mal-kampjuni minn Lulju 2021 hija d-deċiżjoni li tinġabar kważi l-informazzjoni kollha tal-organizzazzjoni f’taqsima waħda.

Il-verżjoni attwali għadha mhijiex finali iżda hija pjuttost qrib ta’ dak li t-TED Viewer se jipproduċi.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (10/05/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 0.6.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi informazzjoni strutturata dwar il-viżwalizzazzjoni tal-avviżi tal-Formoli elettroniċi, flimkien ma’ diversi aġġornamenti u titjib. Dan ir-rilaxx jinkludi wkoll regoli ġodda fil-files schematron, u listi ta’ eżempji aġġoranti ta’ kodiċijiet u avviżi.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Immappjar inizjali tal-iskema TED-XML attwali għall-Formoli elettroniċi (13/04/2022)

Biex jappoġġja t-tranżizzjoni bejn iż-żewġ formati tad-data, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet qed jimmappja l-oqsma tal-iskema TED-XML attwali mal-iskema tal-Formoli elettroniċi.

Dan l-immappjar f’Excel jibni fuq l-immappjar tas-sena l-oħra tat-termini tan-negozju mill-Kummissjoni Ewropea u jikkompletah bl-immappjar tekniku tat-TED-XML għall-oqsma tal-iskema tal-Formoli elettroniċi fil-livell Xpath.

Mhux il-formoli standard (FS) kollha huma inklużi u m’hemmx korrispondenza kummerċjali eżatta bejn kull FS u kull avviż tal-Formola elettronika.

Dan il-file Excel huwa pprovdut “kif inhu” u jista’ jservi ta’ gwida. Mhux se jiġi aġġornat aktar iżda jintlaqa’ kwalunkwe feedback permezz ta’ ted@publications.europa.eu

Fi stadju aktar tard, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet se jaqsam il-files XSLT mal-implimentazzjoni attwali ta’ dawn l-istanzi ta’ mmappjar, li se jiġu arrikkiti progressivament u li se jintużaw minn servizz ta’ konvertitur.

Il-konverżjoni tat-TED-XML dejjem se tirriżulta f’Formoli elettroniċi XML invalidi għaliex, pereżempju, ma jeżistux l-oqsma tad-data kollha, jew l-oqsma tat-test ma jistgħux jinbidlu f’valuri tal-lista ta’ kodiċijiet. Iżda din għandha tippermetti lill-utenti u lis-sistemi jittrasferixxu kemm jista’ jkun l-avviżi eżistenti fil-format il-ġdid, pereżempju, meta jkomplu proċedura li tikkoinċidi mal-bidla bejn iż-żewġ skemi.

 

Immarka d-data: workshop tekniku dwar il-Formoli elettroniċi Mejju 2022

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet qed jorganizza workshop tekniku dwar il-Formoli elettroniċi sabiex jiskambja informazzjoni mal-eSenders u l-iżviluppaturi tagħhom dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Formoli elettroniċi.

Il-workshop se jsir online fuq żewġ nofstanhari ta’ filgħodu tal-11 u t-12 ta’ Mejju 2022 u se jkun esklussivament dwar il-Formoli elettroniċi (il-ġenerazzjoni l-ġdida tal-formoli elettroniċi standard) u l-implimentazzjoni teknika tagħhom; mhuwiex maħsub biex jieħu post is-seminar annwali tal-eSenders.

Jekk jogħġbok immarka d-data fil-kalendarju tiegħek.

Informazzjoni aktar dettaljata flimkien mal-aġenda u l-istedina għar-reġistrazzjoni se jiġu kkomunikati fi żmien debitu.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (21/01/2022)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 0.5.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi l-listi ta’ kodiċijiet użati fil-Formoli elettroniċi, u informazzjoni strutturata dwar id-diversi tipi ta’ avviżi definiti fir-Regolament dwar il-Formoli elettroniċi. L-informazzjoni mogħtija dwar l-oqsma tjiebet, u issa tindika wkoll il-post ta’ kull qasam fl-istruttura tal-avviżi XML. Dan ir-rilaxx jinkludi wkoll korrezzjonijiet żgħar fl-iskemi tal-Formoli elettroniċi XSDs, flimkien ma’ regoli ġodda fil-files tal-iskema, u avviżi ta’ eżempji aġġornati.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Seminar dwar l-eSenders tal-2021

Is-Seminar annwali tat-TED eSenders se jsir online fuq perjodu ta’ tliet nofstanhari mit-8 sal-10 ta’ Novembru 2021. Is-seminar ta’ din is-sena se jiffoka primarjament fuq l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ formoli elettroniċi standard (Formoli elettroniċi) li se jsiru disponibbli f’Novembru 2022.

Għal aktar informazzjoni dwar il-webinar u l-aġenda, jekk jogħġbok żur: https://op.europa.eu/en/web/ted-esenders-webinar-2021/home

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (14/10/2021)

Aħna rrilaxxajna l-verżjoni 0.4.0 tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar l-oqsma li jintużaw fl-avviżi tal-Formoli elettroniċi, u traduzzjonijiet preliminari ta’ diversi tikketti u testi qosra. Jinkludi wkoll verżjoni ġdida tal-iskema tal-Formoli elettroniċi XSDs, b’żidiet u korrezzjonijiet żgħar, flimkien ma’ regoli ġodda fil-files schematron, u eżempji aġġornati tal-avviżi.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (03/09/2021)

Aħna rrilaxxajna verżjoni minuri ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi verżjoni ġdida tal-iskema tal-Formoli elettroniċi XSDs, b’bidliet fl-istrutturi għall-Avviżi tal-Bidla u l-Avviżi ta’ Modifika tal-Kuntratt. F’dan ir-rilaxx huma inklużi verżjonijiet ġodda tal-files schematron, eżempji ta’ avviżi u rapporti ta’ validazzjoni.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (04/08/2021)

Aħna rrilaxxajna verżjoni minuri ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi format ġdid (Asciidoc u HTML) għad-dokumentazzjoni tal-Formoli elettroniċi.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Kampjuni ta’ avviż tal-Formoli elettroniċi (23/07/2021)

Hawnhekk tista’ ssib verżjonijiet proviżorji tal-40 avviż obbligatorju fil-format PDF.

Aħna interessati li nirċievu l-feedback tiegħek dwar dawn l-avviżi kampjun. Il-feedback tiegħek għandu jintbagħat lilna permezz tal-helpdesk bir-referenza “Formoli elettroniċi” fis-suġġett, mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu.

 

Verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (25/05/2021)

Aħna rrilaxxajna verżjoni ġdida tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi fuq GitHub.

Dan ir-rilaxx jipprovdi verżjoni ġdida tal-iskema tal-Formoli elettroniċi XSDs, b’bidliet sinifikanti fl-istrutturi għall-Organizzazzjonijiet u l-Avviżi tar-Riżultati, kif ukoll bidliet żgħar oħra. F’dan ir-rilaxx huma inklużi verżjonijiet ġodda tal-files schematron, eżempji ta’ avviżi u rapporti ta’ validazzjoni.

Jekk jogħġbok ara ċ-changelog li jakkumpanja l-SDK għal aktar dettalji.

 

Termini kummerċjali tal-Formoli elettroniċi bit-tip ta’ data “Kodiċi” korrispondenza mal-Vokabularji tal-UE (07/05/2021)

Hawnhekk għandek issib tabella li tirrappreżenta l-korrispondenza bejn il-listi tal-kodiċijiet ippubblikati fuq il-Vokabularji tal-UE u t-termini tan-negozju bit-tip ta’ data “Kodiċi” msemmija fit-Tabella 2 tar-Regolament (UE) 2019/1780: “Entrati fil-formoli standard u fl-avviżi”.

 

Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli Elettroniċi (08/03/2021)

Bħala parti mill-iżvilupp kontinwu tal-Formoli elettroniċi, aħna rrilaxxajna l-ewwel verżjoni tal-Kit tal-Iżvilupp tas-Software tal-Formoli elettroniċi fuq GitHub. Dan jissostitwixxi r-rilaxxi preċedenti tal-iskema interim tal-Formoli elettroniċi.

L-SDK tal-Formoli elettroniċi jiġbor flimkien diversi komponenti differenti tal-Formoli elettroniċi u għandu l-għan li jipprovdi lill-implimentaturi b’sett aktar komplut ta’ riżorsi għall-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-Formoli elettroniċi. L-ewwel rilaxx ma jintroduċi ebda tibdil għall-XSDs tal-Formoli elettroniċi, li jibqgħu identiċi għal dawk imqassma permezz tas-SIMAP fit-13/11/2020. Madankollu, jipprovdi diversi riżorsi addizzjonali:

  • Sett ta’ eżempji ta’ avviżi f’XML.
  • Kampjuni ta’ rapporti ta’ validazzjoni.
  • Sett interim ta’ regoli ta’ validazzjoni ta’ Schematron użat biex jiġu infurzati r-regoli kummerċjali u strutturali li jirriżultaw mill-Formoli elettroniċi u r-regolamenti relatati.
  • Dokumentazzjoni estensiva dwar l-iskemi u l-użu tagħhom għall-Formoli elettroniċi.
  • Il-verżjoni attwali tal-iskema tal-Formoli elettroniċi bbażata fuq UBL 2.3.

Hemm għadd ta’ vantaġġi tal-użu ta’ GitHub biex jospita l-SDK.

  • Notifika awtomatika ta’ rilaxxi ġodda
  • Tqabbil faċli tal-bidliet bejn ir-rilaxxi
  • L-implimentaturi tal-Formoli elettroniċi jistgħu jużaw id-dipendenza fuq il-verżjoni biex jallinjaw l-iżvilupp tagħhom

Se nkomplu nirfinaw l-SDK tal-Formoli elettroniċi u nippubblikaw ir-rilaxxi regolarment fuq GitHub.

Nilqgħu feedback u kummenti dwar l-SDK. Dawn għandhom jintbagħtulna permezz tal-helpdesk bir-referenza “Formoli elettroniċi” fis-suġġett.

Segwi l-SDK tal-Formoli elettroniċi fuq Github

 

Rilaxx proviżorju tal-iskemi tal-Formoli elettroniċi (13/11/2020)

B’dan ir-rilaxx proviżorju tal-iskema, ninsabu qrib verżjoni ffinalizzata.

Din il-verżjoni tkopri t-tipi kollha ta’ formoli:

  • L-40 Formola tal-Anness tar-Regolament (1 sa 40),
  • Il-formoli estiżi (E1 sa E5),
  • Il-formoli l-oħra (CEI, X01, X02, T01, T02).

Nota ta’ rilaxx tidentifika l-elementi l-ġodda, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma relatati ma’ Formoli elettroniċi estiżi (formoli E1 sa E5).

Minħabba d-differenza fil-mudelli, jeżistu xi differenzi bejn l-Anness tar-Regolament u l-Iskemi (abbażi tal-istandard UBL); dawn id-differenzi huma elenkati fid-dokument li ġej.

 

Rilaxx proviżorju tal-iskemi tal-Formoli elettroniċi v. 1.1 (14/09/2020)

Dan hu rilaxx provviżorju tal-iskemi li jkopri wkoll il-formoli li ġejjin:

  • Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess (li għandha tintuża mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE biss) (CEI), Avviż ta’ informazzjoni dwar il-Kumpanija Ewropea (KE 2157/2001) jew is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (KE 1435/2003) (X01), Avviż ta’ informazzjoni dwar il-Grupp Ewropew b’Interess Ekonomiku (KEE 2137/85) (X02)
  • Formoli relatati mar-Regolament 1370/2007 – Trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (T01T02)

Huwa bbażat fuq l-aħħar kandidat tal-UBL 2.3 u se jkun soġġett għal ftit bidliet aktar tard.

 

Identifikaturi tal-Formoli elettroniċi v. 1.0 (29/05/2020)

Jekk jogħġbok sib minn hawn ’il quddiem il-verżjoni 1.0 tal-ispreadsheet dwar l-identifikaturi tal-Formoli elettroniċi.

Jekk jogħġbok innota li dawn huma proviżorji u xorta jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil.

 

Dokumentazzjoni tal-Formoli elettroniċi v. 1.1 u rilaxx proviżorju tal-XPATHs v. 1.0 (25/05/2020)

Minn hawn ’il quddiem għandek issib it-tieni rilaxx tad-dokumentazzjoni dwar l-iskemi tal-Formoli elettroniċi u l-verżjoni 1.0 tal-immappjar bejn il-komponenti tal-Formoli elettroniċi u t-Termini tan-Negozju.

Jekk jogħġbok innota li dawn huma proviżorji u xorta jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil.

 

Rilaxx proviżorju tad-dokumentazzjoni dwar il-Formoli elettroniċi (13/03/2020)

Dan id-dokument jirreferi għall-verżjoni proviżorja tal-iskemi tal-Formoli elettroniċi ppubblikati fl-20/12/2019.

L-iskemi u d-dokumentazzjoni xorta jistgħu jkunu soġġetti għal bidliet. Għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala proviżorji.

 

Rilaxx proviżorju tal-iskemi tal-Formoli elettroniċi (20/12/2019)

Dan huwa rilaxx provviżorju tal-iskemi. Bħalissa huwa bbażat fuq verżjoni interim tat-tipi ta’ dokumenti Pre-Award UBL 2.3 u għalhekk għadu mhux lest għall-użu; għad xorta jista’ jkun soġġett għal bidliet.

L-approċċ adottat huwa dan li ġej: aħna nżommu s-sett sħiħ ta’ elementi tal-UBL iżda nappoġġjaw biss l-użu ta’ subsett.

Vantaġġi:

  • Ir-regoli huma barra mill-iskema,
  • Iż-żieda ta’ oqsma addizzjonali li għalihom diġà jeżisti element tal-UBL ma teħtieġx id-definizzjoni ta’ skema ġdida,
  • Iż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-elementi filwaqt li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-interdipendenzi. Flimkien mal-mekkaniżmi tal-importazzjoni u tal-inklużjoni, dan jissimplifika l-proċess ta’ integrazzjoni ta’ kwalunkwe rilaxx ta’ komponenti ġodda,
  • Għall-elementi, li huma obbligatorji fil-Formoli elettroniċi iżda ddisinjati bħala fakultattivi fl-UBL, huma definiti regoli ddedikati. L-approċċ ibbażat fuq ir-regoli jnaqqas l-impatt ta’ bidla (eż.: bidla regolatorja dwar l-aspett obbligatorju se twassal biss għal aġġornament tar-regoli).

 

Fil-futur qrib se tingħata aktar informazzjoni. Tista’ tibgħat mistoqsijiet u osservazzjonijiet lill-helpdesk bir-referenza “Formoli elettroniċi” fis-suġġett.