Sib it-
Trattati tal-UE, il-
Leġiżlazzjoni tal-UE, il-
Ftehimiet Internazzjonali u l-
Każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Jekk kien hemm bidla f’att u din il-bidla ġiet ikkonsolidata, għandek issib l-aħħar
verżjoni kkonsolidata tat-test. Jekk qed tfittex ambitu usa’ ta’ dokumenti legali, jekk jogħġbok mur fis-
sit web tal-EUR-Lex.
It-Trattati huma ftehimiet vinkolanti bejn il-pajjiżi membri tal-UE. Huma jistabbilixxu l-għanijiet tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
L-għanijiet tal-UE deskritti fit-trattati tal-UE jinkisbu permezz ta’ diversi tipi ta’ atti legali, dawk ewlenin huma r-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
Il-ftehimiet internazzjonali jintużaw biex jgħinu lill-UE tikseb l-objettivi tagħha ta’ politika. L-UE tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet internazzjonali kemm ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħad-WTO jew in-NU. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tikkonsisti f’sentenzi u ordnijiet, opinjonijiet u fehmiet tal-Avukati Ġenerali kif ukoll opinjonijiet tal-Qorti dwar abbozzi ta’ ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
Ara inqas