Merħba għall-edizzjoni tal-2024 tal-pubblikazzjoni L-Ivvjaġġar fl-Ewropa! Mela, x’hemm ġdid din is-sena? Iż-żona Schengen se terġa’ tikber! Fil-31 ta’ Marzu, il-Bulgarija u r-Rumanija saru l-aktar membri ġodda tal-akbar żona tal-ivvjaġġar mingħajr passaport fiddinja. L-ewwel nett, tneħħew il-verifiki fil-fruntieri għall-persuni li jivvjaġġaw bl-ajru u bil-baħar bejn dawn iż-żewġ pajjiżi u pajjiżi oħra fiż-żona Schengen, iżda l-kontrolli fil-fruntieri interni tal-art għadhom fis-seħħ għalissa. Jekk qed iżżur l-Awstrija, l-Estonja jew in-Norveġja, tinsiex tagħti daqqa’ t’għajn lejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura ta’ din is-sena. U jekk il-vjaġġi tiegħek se jeħduk fl-Irlanda jew fl-Italja, allura għaliex ma żżurx il-Kapitali Ewropea u l-Pijunier Ekoloġiku tat- Turiżmu Intelliġenti? Kull fejn tkun qiegħed fl-Ewropa, ivvjaġġa b’mod sikur u ħu gost!
Jekk jogħġbok innota li t-tariffi tal-posta japplikaw għad-distribuzzjoni tal-pubblikazzjonijiet stampati kollha. Tista’ tikkonsulta t-tariffi applikabbli hawn. Il-pubblikazzjonijiet kollha tagħna huma disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku.