Global Europe hu l-għodda finanzjarja ewlenija tal-UE għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, il-paċi u l-istabbiltà madwar id-dinja. B’pakkett ta’ €79.5 biljun għall-perjodu 2021-2027, l-azzjonijiet esterni tal-UE jappoġġjaw lill-pajjiżi sħab fil-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.