Wara l-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju 2024, l-UE stabbilixxiet numru ta’ prijoritajiet li jsawru l-aġenda politika u tal-politika sal-2029. Dawn iservu biex jindirizzaw l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw l-UE u ċ-ċittadini tagħha.
Il-prijoritajiet ġejjin minn djalogu bejn il-mexxejja tal-UE, il-ministri nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-gruppi politiċi eletti fil-Parlament Ewropew. F’Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa l-prijoritajiet tiegħu fl-aġenda strateġika tal-UE għall-2024-2029. Din isservi ta’ ispirazzjoni għall-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Ewropea, li hi tfassal qabel ma tieħu l-kariga għal mandat ta’ 5 snin.
Tgħallem aktar dwar kif jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-UE
Aġenda Strateġika tal-UE għall-2024-2029
Fl-aġenda strateġika tagħhom għall-2024-2029, il-mexxejja tal-UE stabbilixxew 3 oqsma ta’ prijorità biex jiggwidaw il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE matul dawn il-5 snin. Il-ħtieġa għal pjan strateġiku ċar saret dejjem aktar urġenti. F’dawn l-aħħar ftit snin, l-UE ffaċċjat ħafna kriżijiet, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sal-pandemija tal-COVID-19 u l-appoġġ lill-Ukrajna wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja. Billi tiffoka fuq oqsma ta’ prijorità ġodda, l-UE se tgħin biex l-Ewropa ssir aktar sovrana u mgħammra aħjar biex tindirizza l-isfidi futuri.
It-3 prijoritajiet huma:
Ewropa ħielsa u demokratika
- ir-rispett tal-valuri Ewropej fi ħdan l-UE
- it-twettiq tal-valuri tal-UE fil-livell globali
Ewropa b’saħħitha u sigura
- l-iżgurar ta’ azzjoni esterna koerenti u influwenti
- it-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża tal-UE, u l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE
- it-tħejjija għal Unjoni akbar u aktar b’saħħitha
- l-insegwiment tal-approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri
Ewropa għanja u kompetittiva
- it-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE
- is-suċċess tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali
- il-promozzjoni ta’ ambjent li jiffavorixxi l-innovazzjoni u n-negozju
- l-avvanz flimkien