Politika dwar il-privatezza
Din il-politika dwar il-privatezza tapplika għas-siti web kollha tal-Parlament Ewropew ippubblikati fuq id-dominju europarl.europa.eu u s-sottodominji tiegħu.
Ma tapplikax għal siti web ippubblikati barra europarl.europa.eu, billi dawn għandhom il-politiki dwar il-privatezza tagħhom stess.
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jipproteġi l-privatezza individwali u d-data personali.
Id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali huma drittijiet fundamentali, stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Il-Parlament Ewropew huwa suġġett għar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Dan ir-regolament għandu l-istess livell u tipi ta’ regoli għall-protezzjoni tad-data personali bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li huwa applikabbli għall-Istati Membri kollha tal-UE.
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data
Tgħallem kif niżguraw li l-privatezza tiegħek tkun protetta meta żżur is-siti web tagħna, u skopri aktar dwar id-drittijiet tad-data u tal-privatezza tiegħek.
Il-politika dwar il-cookies
Skopri kif nużaw il-cookies fuq is-siti web tagħna u liema cookies jaf inqiegħdu fuq l-apparat tiegħek.
Inventarju tal-cookies
Ara l-lista ta’ cookies li nistgħu nqiegħdu fuq l-apparat tiegħek meta tikkonsulta s-siti web tagħna.