Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020L2184

Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/2184/oj

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 435/1


DIRETTIVA (UE) 2020/2184 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2020

dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

(riformulazzjoni)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (4) ġiet emendata b’mod sostanzjali għal diversi drabi (5). Billi għandhom isiru aktar emendi, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Id-Direttiva 98/83/KE stabbiliet il-qafas legali biex is-saħħa tal-bniedem titħares mill-effetti ħżiena ta’ kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tfittex li tilħaq l-istess objettiv u jenħtieġ li ttejjeb l-aċċess għal ilma bħal dan għal kulħadd fl-Unjoni. Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti, fil-livell tal-Unjoni, rekwiżiti minimi li magħhom jenħtieġ li jikkonforma l-ilma maħsub għal dak l-għan. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma jkun fih ebda mikroorganiżmi u parassiti u ebda sustanzi li, f’numri jew konċentrazzjonijiet, f’ċerti każijiet, jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti minimi.

(3)

Jenħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, peress li dawn it-tipi ta’ ilma huma koperti mid-Direttivi 2009/54/KE (6) u 2001/83/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rispettivament. Madankollu, id-Direttiva 2009/54/KE tittratta kemm ilmijiet minerali naturali kif ukoll ilma tan-nixxiegħa, u jenħtieġ li l-kategorija tal-aħħar biss tkun eżentata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/54/KE, jenħtieġ li l-ilma tan-nixxiegħa jkun konformi ma’ din id-Direttiva u, fir-rigward tar-rekwiżiti mikrobijoloġiċi, l-ilma tan-nixxiegħa jenħtieġ li jkun konformi mad-Direttiva 2009/54/KE. Fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, jew li jintużaw fil-manifattura, il-preparazzjoni jew it-trattament ta’ ikel, jenħtieġ li, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, dan l-ilma jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva sal-punt tal-konformità, jiġifieri l-vit, u jenħtieġ li wara dak il-punt jitqies bħala ikel jekk ikun maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jiġi, inġestit mill-bniedem, skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Barra minn hekk, l-operaturi ta’ negozji tal-ikel li jkollhom is-sors tal-ilma tagħhom stess u li jużawh għall-iskopijiet speċifiċi tan-negozju tagħhom jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu eżentati minn din id-Direttiva dment li jikkonformaw mal-obbligi rilevanti b’mod partikolari fir-rigward tal-analiżi tal-perikli u l-prinċipji ta’ punti ta’ kontroll kritiċi u l-azzjonijiet korrettivi skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ikel. Operaturi ta’ negozji tal-ikel li jkollhom is-sors tal-ilma tagħhom stess u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma jenħtieġ li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva bl-istess mod bħal kwalunkwe fornitur tal-ilma ieħor.

(4)

Wara l-konklużjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma (‘l-inizjattiva Right2Water’), il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika mifruxa fl-Unjoni kollha u wettqet Evalwazzjoni tal-Idoneità u l-Prestazzjoni (REFIT) tar-Regolamentazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE. Minn dak l-eżerċizzju, deher evidenti li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva kellhom jiġu aġġornati. Ġew identifikati erba’ oqsma fejn kien hemm lok għal titjib, jiġifieri l-lista tal-valuri parametriċi bbażati fuq il-kwalità, id-dipendenza limitata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, id-dispożizzjonijiet mhux preċiżi dwar l-informazzjoni għall-konsumatur, u d-differenzi bejn is-sistemi ta’ approvazzjoni għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-implikazzjonijiet li tali differenzi għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-inizjattiva Right2Water identifikat bħala problema distinta l-fatt li parti mill-popolazzjoni, b’mod partikolari l-gruppi emarġinati, ma għandhiex aċċess għallilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li jkun ipprovdut dan l-aċċess huwa impenn taħt l-Għan 6 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti.

Kwistjoni aħħarija li ġiet identifikata tikkonċerna n-nuqqas ġenerali ta’ għarfien dwar tnixxijiet tal-ilma, li huma kkawżati minn nuqqas ta’ investiment fil-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma, kif issemma wkoll fir-Rapport Speċjali Nru 12/2017 tal-5 ta’ Lulju 2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ‘Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali’.

(5)

Fl-2017, l-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wettaq reviżjoni dettaljata tal-lista ta’ parametri u tal-valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li dik il-lista tiġi adattata fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Fid-dawl tar-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni jenħtieġ li jiġu kkontrollati patoġeni enteriċi u l-Legionella u jenħtieġ li jiżdiedu sitt parametri kimiċi jew gruppi ta’ parametri. Għal erbgħa mis-sitt parametri jew gruppi ta’ parametri l-ġodda jenħtieġ li jiġu stabbiliti valuri parametriċi li huma aktar stretti minn dawk proposti mid-WHO, iżda li xorta waħda jkunu vijabbli, u dan fid-dawl ta’ opinjonijiet xjentifiċi oħra reċenti u l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Għal wieħed mill-parametri l-ġodda, jenħtieġ li jiġi mnaqqas l-għadd ta’ sustanzi rappreżentattivi u l-valur adattat. Għall-kromu, il-valur għadu qed jiġi rivedut mid-WHO u għalhekk, qabel ma jiġi stabbilit valur aktar strett jenħtieġ li japplika perijodu tranżitorju ta’ ħmistax-il sena. Barra minn hekk, id-WHO rrakkomandat li tliet komposti rappreżentattivi li jfixklu s-sistema endokrinali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala valuri referenzjarji għall-valutazzjoni tal-okkorrenza ta’ komposti li jfixklu s-sistema endokrinali u l-effikaċja tat-trattament tagħhom fejn meħtieġ, b’valuri ta’ 0,1 μg/l għall-Bisfenol A, 0,3 μg/l għan-Nonilfenol u 1 ng/l għall-Beta-estradjol.

Madankollu, abbażi ta’ opinjoni tal-2015 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), ġie deċiż li jenħtieġ li waħda minn dawk it-tliet komposti, il-Bisfenol A tiżdied ma’ din id-Direttiva b’valur parametriku bbażat fuq is-saħħa ta’ 2,5 μg/l. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-Nonilfenol u l-Beta-estradjol jiżdiedu mal-lista ta’ sorveljanza li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni skont din id-Direttiva.

(6)

Rigward iċ-ċomb, id-WHO rrakkomandat li jinżamm il-valur parametriku attwali, iżda nnutat li l-konċentrazzjonijiet jenħtieġ li jkunu baxxi sal-aktar livell raġonevolment prattikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-valur attwali ta’ 10 μg/l jista’ jinżamm għal 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Sa mhux aktar tard minn tmiem il-perijodu tranżitorju, jenħtieġ li l-valur parametriku taċ-ċomb ikun ta’ 5 μg/l. Barra minn hekk, peress li l-pajpijiet taċ-ċomb eżistenti fid-djar u l-bini huma kwistjoni persistenti u peress li l-Istati Membri mhux dejjem ikollhom l-awtorità meħtieġa biex jimponu s-sostituzzjoni ta’ dawk il-pajpijiet, jenħtieġ li l-valur ta’ 5 μg/l jibqa’ ta’ aspirazzjoni fir-rigward tal-obbligi relatati ma’ sistemi ta’ distribuzzjoni domestika. Madankollu, għall-materjali ġodda kollha li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, irrispettivament minn jekk għandhomx jintużaw f’sistemi ta’ provvista jew f’sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, li għandhom jiġu awtorizzati skont din id-Direttiva, il-valur ta’ 5 μg/l jenħtieġ li japplika mill-vit.

(7)

Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib pubbliku dejjem akbar dwar l-effetti ta’ komposti emerġenti, bħal komposti li jfixklu s-sistema endokrinali, farmaċewtiċi u mikroplastiċi, fuq is-saħħa tal-bniedem permezz tal-użu tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jiġu indirizzati komposti emerġenti ġodda fil-katina tal-provvista, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ lista ta’ sorveljanza f’din id-Direttiva. Il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza ser jippermetti reazzjoni għat-tħassib dejjem akbar b’mod dinamiku u flessibbli. Ser jippermetti wkoll li jingħata segwitu għal għarfien ġdid dwar ir-rilevanza għas-saħħa tal-bniedem ta’ dawk il-komposti emerġenti u għal għarfien ġdid dwar l-approċċi u l-metodoloġiji ta’ monitoraġġ l-aktar xierqa. Dan il-mekkaniżmu ta’ lista ta’ sorveljanza għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa parti mir-reazzjoni għal diversi politiki rilevanti tal-Unjoni, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2019“Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent”, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2018“Lejn qafas tal-Unjoni Ewropea dwar l-interferenti endokrinali” u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2019“Lejn Strateġija tal-Unjoni rigward il-Politika dwar is-Sustanzi Kimiċi”.

(8)

Id-WHO irrakkomandat ukoll li jkun hemm valuri inqas stretti għal tliet valuri parametriċi, u li ħames parametri jitneħħew mil-lista ta’ parametri u valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE. Madankollu, mhux dawk il-bidliet kollha jitqiesu bħala meħtieġa, billi l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li ġie introdott bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 (9) jippermetti lill-fornituri tal-ilma jneħħu parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, taħt ċerti kondizzjonijiet. Diġà hemm fis-seħħ tekniki tat-trattament biex jintlaħqu dawk il-valuri parametriċi.

(9)

Il-valuri parametriċi stabbiliti f’din id-Direttiva huma bbażati fuq it-tagħrif xjentifiku disponibbli u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u jintgħażlu biex ikun żgurat li l-ilma maħsub għal konsum mill-bniedem jista’ jinxtorob bla periklu matul il-ħajja kollha, u allura jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa.

(10)

Jenħtieġ li jintlaħaq bilanċ biex jiġu evitati kemm riskji mikrobijoloġiċi kif ukoll dawk kimiċi u, minħabba f’hekk u fid-dawl tal-fatt li fil-ġejjieni dawn il-valuri parametriċi ser jerġgħu jiġu riveduti, jenħtieġ li l-istabbiliment tal-valuri parametriċi applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jiġi msejjes fuq il-konsiderazzjonijiet tas-saħħa pubblika u fuq metodu ta’ valutazzjoni tar-riskju.

(11)

Il-parametri indikaturi ma għandhom ebda impatt dirett fuq is-saħħa pubblika. Madankollu, dawn huma importanti bħala mezz biex jiġi ddeterminat il-funzjonament tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma. Dawn il-parametri jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati nuqqasijiet fit-trattament tal-ilma u għandhom rwol importanti wkoll fit-tisħiħ u ż-żamma tal-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-ilma. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali parametri jiġu mmonitorjati.

(12)

Biex iħarsu s-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom, meta jkun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu valuri għal parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I, abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

(13)

Ilma sikur maħsub għall-konsum mill-bniedem ifisser mhux biss in-nuqqas ta’ mikroorganiżmi u sustanzi li jagħmlu l-ħsara, iżda wkoll il-preżenza ta’ ċerti ammonti ta’ minerali naturali u elementi essenzjali, peress li l-konsum fit-tul ta’ ilma mhux mineralizzat jew ilma baxx ħafna fl-elementi essenzjali bħall-kalċju u l-manjeżju jista’ jikkomprometti s-saħħa tal-bniedem. Ċertu ammont ta’ tali minerali huwa wkoll vitali sabiex jiġi żgurat li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem la jkun aggressiv u lanqas korrużiv u sabiex tittejjeb it-togħma ta’ ilma ta’ dan it-tip. Konċentrazzjonijiet minimi ta’ tali minerali f’ilma mrattab jew demineralizzat jistgħu jitqiesu skont il-kundizzjonijiet lokali.

(14)

L-ippjanar tas-sikurezza u elementi bbażati fuq ir-riskju għall-prevenzjoni ġew ikkunsidrati biss sa ċertu punt fid-Direttiva 98/83/KE. L-ewwel elementi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju kienu introdotti fl-2015 fid-Direttiva (UE) 2015/1787, biex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti tagħhom, dment li jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb (linji gwida tad-WHO). Il-Linji Gwida tad-WHO, li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ approċċ tal-“Pjan tas-Sigurtà tal-Ilma”, inkluż għal komunitajiet żgħar, flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti f’livell internazzjoni li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u l-monitoraġġ u l-analiżi ta’ parametri f’ilma ta’ dan it-tip. Dawk l-ewwel elementi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jinżammu f’din id-Direttiva.

(15)

Biex jiġi żgurat li l-elementi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju introdott fid-Direttiva (UE) 2015/1787 ma jkunux limitati għal aspetti ta’ monitoraġġ, biex il-ħin u r-riżorsi jiġu ffukati fuq ir-riskji rilevanti u fuq miżuri kosteffettivi applikati fis-sors, u biex jiġi evitat li jsiru analiżijiet u sforzi b’rabta ma’ kwistjonijiet li mhumiex rilevanti, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ komplut għas-sigurtà tal-ilma ibbażat fuq ir-riskju, li jkopri l-katina kollha tal-provvista, miż-żona ta’ wesgħa, l-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin u d-distribuzzjoni sal-punt ta’ konformità. Dak l-approċċ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għarfien miksub u l-azzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u jenħtieġ li jikkunsidra b’mod aktar effettiv l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma. Dak l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jikkonsisti minn tliet komponenti. L-ewwel, identifikazzjoni tal-perikli assoċjati maż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni (‘valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem’), f’konformità mal-Linji Gwida u mal-Manwal tal-Pjan tas-Sigurtà tal-Ilma tad-WHO. It-tieni, possibbiltà li l-fornitur tal-ilma jadatta l-monitoraġġ għar-riskji ewlenin u jieħu l-miżuri meħtieġa għall-ġestjoni tar-riskji identifikati fil-katina tal-provvista mill-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma (‘valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju għas-sistema tal-provvista’). It-tielet, valutazzjoni tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, bħall-Legionella jew iċ-ċomb (‘valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika’), b’attenzjoni speċjali għall-postijiet ta’ prijorità. Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jiġu riveduti b’mod regolarim fost oħrajn, b’rispons għal theddidiet minn avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima, għal bidliet magħrufa tal-attività tal-bniedem fiż-żona ta’ astrazzjoni jew b’rispons għal inċidenti relatati mas-sorsi. Jenħtieġ li l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jiżgura skambju kontinwu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri tal-ilma.

(16)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv potenzjali għall-fornituri tal-ilma li jipprovdu bejn 10 m3 u 100 m3 kuljum bħala medja jew li jfornu bejn 50 u 500 persuna, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeżentaw lil dawk il-fornituri tal-ilma milli jwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista dment li jsir monitoraġġ regolari skont din id-Direttiva. Bħala eċċezzjoni, l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li tkun adattata għar-restrizzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri. Il-bastimenti marittimi li jtajru l-bandiera tal-Unjoni jikkonformaw mal-qafas regolatorju internazzjonali meta jbaħħru f’ilmijiet internazzjonali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li tingħata prijorità lir-regolamenti internazzjonali eżistenti jew l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, bħall-programm tas-sanità tal-bastimenti żviluppat mis-Servizz tas-Saħħa Pubblika tal-Istati Uniti, li huma aktar dettaljati u aktar stretti u li japplikaw għall-bastimenti fl-ilmijiet internazzjonali.

(17)

Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni jenħtieġ li jieħdu approċċ olistiku u jkunu immirati lejn it-tnaqqis tal-livell ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew ir-riskju ta’ dak it-tniġġis. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkaratterizzaw iż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni, u jidentifikaw il-perikli u l-avvenimenti perikolużi li jistgħu jikkawżaw deterjorament fil-kwalità tal-ilma, bħal sorsi possibbli ta’ tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ dawk iż-żoni ta’ wesgħa.

Meta meħtieġ fid-dawl tal-identifikazzjoni tal-perikli, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti bħan-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE, jew minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni, bħal fil-każ tal-arseniku, jew minħabba informazzjoni mingħand fornituri tal-ilma, per eżempju fir-rigward ta’ żieda f’daqqa fil-konċentrazzjoni ta’ parametru speċifiku f’ilma mhux ittrattat. Meta l-ilmijiet tal-wiċċ jintużaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom lil mikroplastiċi u lil komposti li jfixklu s-sistema endokrinali, bħan-Nonilfenol u l-Beta-estradjol, u jenħtieġ li, fejn ikun meħtieġ, jeżiġu li l-fornituri tal-ilma jimmonitorjaw u, fejn xieraq, iwettqu trattament għal dawk il-parametri u oħrajn inklużi fil-lista ta’ sorveljanza jekk jitqiesu ta’ periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ ġestjoni li jipprevjenu jew jikkontrollaw ir-riskji identifikati biex jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Meta Stat Membru jsib, permezz tal-identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi, li parametru mhuwiex preżenti f’żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni, pereżempju minħabba li dik is-sustanza qatt ma tinstab fil-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art jew fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ, jenħtieġ li l-Istat Membru jinforma lill-fornituri tal-ilma rilevanti u jenħtieġ li jkun jista’ jippermettilhom inaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ għal dak il-parametru, jew ineħħu dak il-parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, mingħajr ma titwettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista.

(18)

Id-Direttiva 2000/60/KE teħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li jimmonitorjawhom, u li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata deterjorazzjoni fil-kwalità tagħhom sabiex jitnaqqas il-livell ta’ trattament ta’ purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni tal-ilma tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Biex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni tal-obbligi, jenħtieġ li, meta jwettqu l-identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi, l-Istati Membri jagħmlu użu mir-riżultati disponibbli tal-monitoraġġ li jkunu rappreżentattivi taż-żoni ta’ wesgħa, miksuba skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KEjew skont leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Madankollu, f’każijiet fejn tali data tal-monitoraġġ ma tkunx disponibbli, il-monitoraġġ tal-parametri, is-sustanzi jew sustanzi niġġiesa rilevanti jista’ jiġi implimentat sabiex jappoġġa l-karatterizzazzjoni taż-żoni ta’ wesgħa u jivvaluta r-riskji potenzjali. Tali monitoraġġ jenħtieġ li jiġi stabbilit b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjonijiet lokali u s-sorsi ta’ tniġġis.

(19)

Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem joħroġ mill-vitien li normalment jintużaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jeħtieġ li jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti f’din id-Direttiva għall-għanijiet li tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista’ tkun affettwata mis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni. Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b’mod ċar mas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta’ obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq, valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi tad-distribuzzjoni domestika hija iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni. Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jiġu kkunsidrati f’dik il-valutazzjoni tar-riskju. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ li tinkludi, fost l-oħrajn, fokus fuq il-monitoraġġ ta’ postijiet ta’ prijorità, kif identifikati mill-Istati Membri, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, djar tal-anzjani, faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, skejjel, istituzzjonijiet edukattivi, binjiet b’faċilità ta’ akkomodazzjoni, ristoranti, bars, ċentri sportivi u kummerċjali, faċilitajiet ta’ divertiment, ta’ rikreazzjoni u ta’ wiri, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, u valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati. Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, fost l-oħrajn, li jiġu stabbiliti miżuri xierqa ta’ kontroll u ta’ ġestjoni, pereżempju f’każi ta’ tifqigħat, f’konformità mal-gwida mid-WHO, u li l-migrazzjoni ta’ sustanzi potenzjalment ta’ ħsara minn prodotti għall-bini ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem.

(20)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxielhomx joħolqu rekwiżiti ta’ iġjene għal prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. B’riżultat ta’ dan, approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali huma stabbiliti, b’rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Minħabba f’hekk, il-manifatturi jsibuha diffiċli u għalja biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom madwar l-Unjoni u l-Istati Membri wkoll isibuha għalja. Barra minnhekk, il-konsumaturi u l-fornituri tal-ilma jsibuha diffiċli jkunu jafu jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi armonizzati f’din id-Direttiva għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ser jikkontribwixxi biex jintlaħaq livell uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa madwar l-Unjoni, kif ukoll funzjonament aħjar tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ sorveljanza ġenerali tas-suq għall-prodotti madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġi żgurat li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss għad-dispożizzjoni l-prodotti konformi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza inġenerali, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. Dak ir-Regolament jipprovdi li, jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġislazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, tkun dik il-leġislazzjoni li jkollha tispeċifika jekk ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandux japplika għal dik il-leġislazzjoni wkoll. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jittieħdu miżuri ta’ sorveljanza xierqa tas-suq fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex diġà koperti bir-Regolament (UE) 2019/1020 iżda li jkunu affettwati minn din id-Direttiva, huwa xieraq li tkun prevista l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għal dawk il-prodotti.

(21)

In-natura ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jista’ jkollha impatt fuq il-kwalità ta’ dan l-ilma permezz tal-migrazzjoni ta’ sustanzi potenzjalment ta’ ħsara, bit-tisħiħ tat-tkabbir mikrobiku jew billi jkollha influwenza fuq ir-riħa, il-lewn jew it-togħma ta’ dan l-ilma. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE sabet li d-dispożizzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, tagħmir u materjali pprovda wisq flessibbiltà legali, li wasslet għal sistemi ta’ approvazzjoni nazzjonali differenti madwar l-Unjoni għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ iġjene aktar speċifiċi għal materjali maħsuba li jiġu użati għall-astrazzjoni, it-trattament jew id-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’installazzjonijiet ġodda jew f’installazzjonijiet eżistenti fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ tiswija jew rikostruzzjoni sabiex jiżguraw li dawn ma jikkompromettux is-saħħa tal-bniedem jew direttament jew indirettament, ma jaffettwawx b’mod negattiv il-lewn, ir-riħa jew it-togħma tal-ilma, ma jsaħħu t-tkabbir mikrobiku fl-ilma jew jikkawżaw li kontaminanti jnixxu fl-ilma f’livelli li huma ogħla minn dawk meħtieġa fid-dawl tal-għan maħsub. Għal dan il-għan, jenħtieġ li din id-Direttiva tistipula rekwiżiti minimi speċifiċi ta’ iġjene għall-materjali, billi tistabbilixxi metodoloġiji għall-isttesjtar u l-aċċettazzjoni ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti, listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti, metodi u proċeduri għall-inklużjoni ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti fil-listi pożittivi Ewropej jew billi tirrieżamina l-inklużjoni tagħhom, u proċeduri u metodi għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ materjali finali kif użati fi prodott magħmul minn kombinazzjonijiet ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti fuq il-listi pożittivi Ewropej.

Sabiex l-innovazzjoni ma tiġix imfixkla, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li tali proċeduri jkunu proporzjonati, u li ma joħolqux piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji. Sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li tali proċeduri jkunu allinjati mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-prodotti, sabiex jiġi evitat piż doppju li jobbliga lill-operaturi ekonomiċi jwettqu valutazzjonijiet ta’ konformità differenti għall-istess prodott.

(22)

Il-listi pożittivi Ewropej huma l-listi ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti, skont it-tip ta’ materjali, jiġifieri organiku, tas-siment, metalliku, tal-enamel u taċ-ċeramika jew materjali inorganiċi oħra, awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali, u dawk il-listi jenħtieġ li jinkludu, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-limiti ta’ migrazzjoni. Għall-inklużjoni ta’ sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwent fil-listi pożittivi Ewropej, valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwent nnifisha, kif ukoll l-impuritajiet rilevanti u r-reazzjoni prevedibbli u l-prodotti ta’ degradazzjoni fl-użu maħsub, jenħtieġ li jkunu meħtieġa. Il-valutazzjoni tar-riskju mill-applikant jew l-awtorità nazzjonali jenħtieġ li tkopri r-riskji għas-saħħa li ġejjin mill-migrazzjoni potenzjali fl-agħar kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu u mit-tossiċità. Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, jenħtieġ li l-listi pożittivi Ewropej jistabbilixxu, jekk ikun meħtieġ, speċifikazzjonijiet għas-sustanza iniżjali, kompożizzjoni jew kostitwent u restrizzjonijiet tal-użu, restrizzjonijiet kwantitattivi jew limiti ta’ migrazzjoni għas-sustanza inizjali, kompożizzjoni jew kostitwenti, l-impuritajiet possibbli u l-prodotti jew il-kostitwenti ta’ reazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-materjal finali li ser jintuża fi prodott f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Għall-fini li jiġu stabbiliti l-ewwel listi pożittivi Ewropej, jenħtieġ li l-listi pożittivi nazzjonali ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, il-metodoloġiji li wasslu għall-istabbiliment ta’ tali listi u dispożizzjonijiet nazzjonali, u l-valutazzjonijiet tar-riskju li jakkumpanjaw kull waħda mis-sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (“l-ECHA”). Jenħtieġ li, abbażi ta’ dan, l-ECHA tirrakkomanda listi kompilati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-ECHA tirrevedi u tagħti opinjoni dwar is-sustanzi, il-kompożizzjonijiet u l-kostitwenti fuq l-ewwel listi pożittivi Ewropej qabel ma l-Kummissjoni tirrevedi l-listi sa 15-il sena wara l-adozzjoni tagħhom. Għall-finijiet tal-aġġornament tal-listi pożittivi Ewropej, jenħtieġ li l-ECHA tagħti opinjonijiet dwar l-inklużjoni jew it-tneħħija ta’ sustanzi, kompożizzjonijiet jew kostitwenti.

(23)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar uniformi tal-prodotti għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jiżviluppa standards għall-ittestjar uniformi u l-valutazzjoni ta’ prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Meta tistabbilixxi u taġġorna l-listi pożittivi Ewropej, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe att jew mandat ta’ standardizzazzjoni rilevanti li tadotta skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni jkun konsistenti ma’ din id-Direttiva.

(24)

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard minn disa’ snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, il-funzjonament tas-sistema introdotta b’din id-Direttiva jenħtieġ li jiġi rivedut sabiex jiġi vvalutat jekk is-saħħa tal-bniedem hijiex qed tiġi protetta fl-Unjoni kollha u jekk huwiex protett sew il-funzjonament tas-suq intern f’termini ta’ prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bl-użu ta’ materjali approvati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ivvalutat jekk kwalunkwe proposta leġislattiva ulterjuri dwar din il-kwistjoni hijiex meħtieġa, b’kont meħud b’mod partikolari tal-eżitu tal-evalwazzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 (13) u (UE) Nru 305/2011 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(25)

Il-prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jikkonsistu minn materjal, jew kombinazzjoni ta’ materjali, approvati skont din id-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva tindirizza biss l-aspetti tas-saħħa u tal-iġjene tal-materjali u s-sustanzi użati fil-prodotti fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u r-regoli għall-ittestjar tal-konformità u l-kontroll tal-kwalità tal-prodotti finali. Ma tindirizzax rekwiżiti oħra, bħal pereżempju regoli dwar kif tiġi espressa l-prestazzjoni ta’ prodotti jew ir-regoli dwar is-sikurezza strutturali, li jistgħu jiġu rregolati jew jirriżultaw minn leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jew ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Il-koeżistenza ta’ aspetti ta’ riskju għas-saħħa u l-iġjene armonizzati skont din id-Direttiva u aspetti ta’ riskju għas-sikurezza jew aspetti ta’ riskju oħra indirizzati skont il-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni ma tkun toħloq ebda kunflitt, dment li ma kienx hemm ebda duplikazzjoni fir-riskji rispettivament koperti. Kunflitt potenzjali bejn ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 u din id-Direttiva jeżisti, peress li l-evitar tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ilma għax-xorb jew sustanzi li għandhom impatt negattiv ieħor fuq l-ilma għax-xorb huwa elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 bħala wieħed mir-rekwiżiti bażiċi għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Madankollu, din id-duplikazzjoni mhux ser isseħħ jekk ma jinħareġ ebda mandat ta’ standardizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 dwar l-aspetti ta’ saħħa u iġjene ta’ prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(26)

Hemm bżonn li jiġu żgurati teħid ta’ deċiżjonijiet, koordinazzjoni u ġestjoni effettivi fil-livell tal-Unjoni tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi ta’ din id-Direttiva relatati ma’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Jenħtieġ li l-ECHA twettaq kompiti speċifikati f’din id-Direttiva fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ sustanzi u kompożizzjonijiet għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Kumitat tal-Istima tar-Riskji tal-ECHA stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 76(1)tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiffaċilita t-twettiq ta’ ċerti kompiti mogħtija lill-ECHA b’din id-Direttiva billi jipprovdi opinjonijiet.

(27)

Sustanzi kimiċi għat-trattament u mezzi ta’ filtrazzjoni jistgħu jintużaw biex jittrattaw ilma mhux ittrattat sabiex jinkiseb ilma li hu tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, is-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni jistgħu joħolqu riskji għas-sigurtà tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li l-proċeduri għat-trattament u d-diżinfettazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jiżguraw l-użu ta’ sustanzi kimiċi għat-trattament u mezzi ta’ filtrazzjoni li huma effettivi, sikuri u ġestiti b’mod xieraq biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-konsumaturi. Is-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni għalhekk ikollhom bżonn jiġu vvalutati fir-rigward tal-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti dwar l-iġjene u l-purezza, u jenħtieġ li huma ma jintużawx aktar milli jkun meħtieġ biex jiġu evitati riskji għas-saħħa tal-bniedem. Jenħtieġ li sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni ma jsaħħux it-tkabbir mikrobiku ħlief jekk dan ikun maħsub, bħal pereżempju għat-tisħiħ ta’ denitrifikazzjoni mikrobika.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u bl-użu ta’ standards Ewropej eżistenti meta disponibbli. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li kull prodott, kif ukoll il-kontenituri ta’ reaġenti kimiċi u mezzi ta’ filtrazzjoni, f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikunu mmarkati b’mod ċarament leġġibbli u li ma jitħassarx meta mqiegħda fis-suq, filwaqt li jinforma lill-konsumaturi, il-fornituri tal-ilma, l-installaturi, l-awtoritajiet u r-regolaturi li l-oġġett huwa tajjeb għall-użu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ prodotti bijoċidali fil-provvista tal-ilma tax-xorb għall-pubbliku, inkluż fi provvisti individwali.

(28)

Bil-għan li tiġi mminimizzata l-preżenza potenzjali ta’ kontenut ta’ ċomb fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, komponenti magħmula miċ-ċomb f’sistemi ta’ distribuzzjoni domestika jistgħu jiġu sostitwiti, b’mod partikolari f’każ ta’ tiswija jew xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni f’installazzjonijiet eżistenti. Jenħtieġ li dawn il-komponenti jiġu sostitwiti minn materjali li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stabbilit minn din id-Direttiva. Sabiex jitħaffef dak il-proċess, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw u, fejn rilevanti, jieħdu miżuri għas-sostituzzjoni tal-komponenti magħmula miċ-ċomb fis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika eżistenti, jekk dan ikun ekonomikament u teknikament fattibbli.

(29)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li jiġu stabbiliti programmi ta’ monitoraġġ li jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Il-biċċa l-kbira mill-monitoraġġ li jrid isir għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ser jitwettaq mill-fornituri tal-ilma. Jenħtieġ li tingħata ċerta flessibbiltà lill-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri li jimmonitorjaw għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista. Jekk parametru ma jiġix rilevat, jenħtieġ li l-fornituri tal-ilma ikunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ jew jieqfu għalkollox milli jimmonitorjaw dak il-parametru. Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista jenħtieġ li titwettaq għall-biċċa l-kbira tal-parametri. Madankollu, jenħtieġ li l-parametri ewlenin jiġu mmonitorjata dejjem bi frekwenza minima speċifikata. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-monitoraġġ għall-finijiet ta’ kontrolli tal-konformità, b’dispożizzjonijiet limitati biss dwar il-monitoraġġ għal finijiet operattivi. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ addizzjonali għal finijiet operattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trattament tal-ilma. Dan il-monitoraġġ addizzjonali jenħtieġ li jitwettaq skont id-diskrezzjoni tal-fornituri tal-ilma. F’dak ir-rigward, il-fornituri tal-ilma jistgħu jirreferu għal-Linji Gwida u għall-Manwal tal-Pjan tas-Sigurtà tal-Ilma tad-WHO.

(30)

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jiġi applikat mill-fornituri kollha tal-ilma, inkluż mill-fornituri tal-ilma ż-żgħar, peress li l-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE uriet nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tagħha minn dawk il-fornituri, li xi drabi kienu kkawżati mill-ispejjeż li jinvolvi t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ monitoraġġ mhux meħtieġa. Meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, it-tħassib dwar is-sigurtà jenħtieġ li jitqiesu.

(31)

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga l-kawża minnufih u jiżgura li, kemm jista’ jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma pprovdut. F’każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-provvista ta’ dak l-ilma tiġi pprojbita jew l-użu ta’ dak l-ilma jiġi ristrett. Barra minn hekk, fil-każ ta’ nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għal valuri relatati ma’ parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw dan in-nuqqas bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem ħlief meta n-nuqqas ta’ konformità jitqies trivjali. F’każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-problema fis-sors.

(32)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati, skont ċerti kondizzjonijiet u f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, li jkomplu jagħtu derogi minn din id-Direttiva, u f’dan ir-rigward huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas xieraq għal dawn id-derogi, dment li huma ma joħolqux periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-post ikkonċernat ma tkunx tista’ tinżamm b’mezzi oħra raġonevoli. Jenħtieġ li dawk id-derogi jkunu limitati għal każijiet speċifiċi. Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont id-Direttiva 98/83/KE u li jkunu għadhom applikabbli fl-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jibqgħu japplikaw sa tmiem id-deroga u jiġġeddu skont din id-Direttiva biss f’każ li ma tkunx għadha ngħatat tieni deroga.

(33)

Fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Marzu 2014 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “L-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!”, il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal provvista minima tal-ilma, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Barra minn hekk, impenjat ruħha li tkompli “ttejjeb l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb […] għall-popolazzjoni kollha permezz ta’ politiki ambjentali”. Dan huwa konformi mal-SDG 6 u mal-mira assoċjata li “jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd”. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti tal-aċċess għall-ilma li huma relatati mal-kwalità u d-disponibbiltà u bħala parti mir-risposta għall-inizjattiva Right2Water, u biex ikun hemm kontribut għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li tiddikjara li “kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma”, jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjoni tal-aċċess għall-ilma fil-livell nazzjonali filwaqt li jgawdu minn ċerta diskrezzjoni rigward it-tip eżatt ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati. Dan jenħtieġ li jsir permezz ta’ azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ tagħmir ta’ barra u ta’ ġewwa fl-ispazji pubbliċi fejn ikun teknikament fattibbli, kif ukoll permezz ta’ azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-użu tal-ilma tal-vit, pereżempju billi titħeġġeġ il-provvista b’xejn tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u fil-bini pubbliku jew, b’xejn jew bi ħlas żgħir għas-servizz, fil każ ta’ klijenti f’ristoranti, f’canteens u fis-servizzi tal-forniment tal-ikel.

(34)

L-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għall-kisba tal-SDGs, filwaqt li jirrikonoxxu r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri fis-segwitu u r-reviżjoni, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali, tal-progress lejn dawk l-għanijiet. Uħud mill-SDGs u d-dritt għall-ilma ma jaqgħux fi ħdan il-politika ambjentali tal-Unjoni jew il-politika soċjali tal-Unjoni, li hija limitata u komplementari fin-natura tagħha. Filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu l-limiti tal-kompetenza tal-Unjoni, huwa madankollu xieraq li jiġi żgurat li l-impenn kontinwu tal-Istati Membri għad-dritt għall-ilma jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri bħalissa qed jagħmlu sforzi konsiderevoli biex jitjieb l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Protokoll tal-Ewropa dwar l-Ilma u s-Saħħa għall-Konvenzjoni tal-1992 fuq il-Protezzjoni u l-Użu ta’ Passaġġi tal-Ilma Transkonfinali u Għadajjar Internazzjonali, li ħafna Stati Membri huma wkoll Partijiet għaliha, għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem permezz ta’ ġestjoni aħjar tal-ilma u t-tnaqqis ta’ mard relatat mal-ilma. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mid-dokumenti ta’ gwida żviluppati taħt il-kompetenza ta’ dak il-Protokoll biex jivvalutaw l-isfond tal-politika u s-sitwazzjoni bażi dwar l-aċċess għall-ilmau biex jiddefinixxu l-azzjonijiet meħtieġa biex jitjieb l-aċċess ekwu għal kulħadd għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(35)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Right2Water (17), talab li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà. Is-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi ta’ minoranza bħar-Rom u t-Travellers, kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le, u b’mod partikolari n-nuqqas ta’ aċċess tagħhom għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ġiet rikonoxxuta wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014“Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom” u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri. Fid-dawl ta’ dak il-kuntest ġenerali, huwa xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jittejjeb l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal dawk il-gruppi. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu dawk il-gruppi, ikun importanti li tali gruppi jinkludu refuġjati, komunitajiet nomadi, persuni mingħajr dar u kulturi ta’ minoranza bħar-Rom u t-Travellers, kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. Dawn il-miżuri li jtejbu l-aċċess, li tħallew f’idejn l-Istati Membri, jistgħu, pereżempju, jinkludu l-għoti ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista, bħal tagħmir ta’ trattament individwali, il-provvista ta’ ilma permezz tal-użu ta’ bawżers, bħal trakkijiet u ċisterni, u l-iżgurar tal-preżenza tal-infrastruttura meħtieġa għall-kampijiet.

(36)

Sabiex il-konsumaturi jsiru aktar konxji mill-implikazzjonijiet tal-konsum tal-ilma, jenħtieġ li jirċievu informazzjoni b’mod faċilment aċċessibbli, pereżempju fil-fatturi tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti, dwar il-volum ikkonsmat kull sena, il-bidliet fil-konsum, tqabbil mal-konsum medju ta’ unità domestika meta tali informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma, kif ukoll dwar il-prezz għal kull litru ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex b’hekk ikun jista’ jsir tqabbil mal-prezz tal-ilma tal-fliexken.

(37)

Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2020, “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (18), jeħtieġ li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ambjentali ċar f’livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/83/KE ipprevediet biss aċċess passiv għall-informazzjoni, li jfisser li l-Istati Membri kellhom jiżguraw biss li l-informazzjoni kienet disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu sostitwiti biex jiġi żgurat li l-konsumaturi online jkollhom aċċess għall-informazzjoni aġġornata, b’mod personalizzat u li jkun faċli għall-utent. Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu wkoll jitolbu aċċess għal din l-informazzjoni b’mezzi oħra, permezz ta’ talba ġustifikata.

(38)

L-informazzjoni aġġornata li trid tiġi pprovduta taħt din id-Direttiva jenħtieġ li tinkludi riżultati minn programmi ta’ monitoraġġ, informazzjoni dwar it-tipi ta’ trattament u diżinfettazzjoni tal-ilma applikati, informazzjoni dwar il-qabża tal-valuri parametriċi rilevanti għas-saħħa tal-bniedem, informazzjoni rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, pariri dwar kif jitnaqqas il-konsum tal-ilma u jiġu evitati riskji għas-saħħa minħabba ilma qiegħed, iżda wkoll informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun utli għall-pubbliku, bħal informazzjoni dwar l-indikaturi bħall-ħadid, l-ebusija u l-minerali li ta’ spiss tinfluwenza l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi rigward l-ilma tal-vit. Barra minn hekk, bħala rispons għall-interess tal-konsumatur fi kwistjonijiet tal-ilma, jenħtieġ li l-konsumaturi jingħataw aċċess, fuq talba, għal data storika disponibbli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-qabżiet.

(39)

Fir-rigward tal-fornituri tal-ilma li jfornu mill-inqas 10 000 m3 kuljum jew li jservu mill-inqas 50 000 persuna, jenħtieġ li tkun disponibbli informazzjoni online addizzjonali għall-konsumaturi dwar, fost oħrajn, l-effiċjenza tal-prestazzjoni, ir-rati ta’ tnixxija, l-istruttura tas-sjieda u l-istruttura tat-tariffi.

(40)

L-iskop tal-għarfien aħjar tal-konsumaturi dwar informazzjoni rilevanti u t-trasparenza mtejba jenħtieġ li jkun li tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-ilma fornut lilhom, kif ukoll fis-servizzi tal-ilma, u dan jenħtieġ li jwassal għal żieda fl-użu tal-ilma tal-vit bħala ilma tax-xorb, li mbagħad jista’ jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu u l-iskart tal-plastik u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, u għal impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent b’mod ġenerali.

(41)

Bit-titjib tat-tekniki ta’ monitoraġġ, ir-rati ta’ tnixxija saru dejjem aktar evidenti. Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-ilma inkluż li jiġi evitat l-isfruttament żejjed ta’ r-riżorsi skarsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-livelli ta’ tnixxija tal-ilma jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-Istati Membri kollha u li jitnaqqsu jekk jaqbżu ċertu limitu.

(42)

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (20) (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”). Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tiġbor fiha obbligi ġenerali relatati kemm mal-għoti tat-tagħrif ambjentali fuq talba kif ukoll mat-tixrid ta’ dan it-tagħrif b’mod attiv. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21)ukoll għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, u tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inklużi settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tad-data jikkumplimentaw dawk id-Direttivi, u li dawn ma joħolqux sistema legali separata. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku u l-informazzjoni fuq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

(43)

Id-Direttiva 98/83/KE ma stabbilixxietx obbligi ta’ rappurtar għall-fornituri tal-ilma ż-żgħar. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u biex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-konformità, jenħtieġ li tiddaħħal sistema ġdida f’din id-Direttiva li permezz tagħha l-Istati Membri jridu jistabbilixxu, jaġġornaw b’mod kontinwu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (‘l-EEA’) settijiet ta’ data li jkun fihom biss data rilevanti, bħalma huma okkorrenzi meta jinqabżu l-valuri parametriċi u inċidenti ta’ ċerta importanza. Jenħtieġ li dan jiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa’ limitat kemm jista’ jkun. Biex jiżguraw li teżisti l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, għar-rappurtar u għall-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jibbażaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-data fuq id-Direttiva 2007/2/KE u fuq l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha.

(44)

Id-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex meħtieġa biss għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità iżda hija essenzjali wkoll biex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta din id-Direttiva meta mqabbla mal-għanijiet li trid tikseb sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (22). F’dak il-kuntest, hemm ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effettività, tar-rilevanza u tal-valur miżjud tal-Unjoni ta’ din id-Direttiva, u huwa proprju għalhekk li hemm bżonn li jiġi żgurat li jeżistu mekkaniżmi xierqa ta’ rappurtar li jistgħu jservu wkoll bħala indikaturi għal evalwazzjonijiet futuri ta’ din id-Direttiva.

(45)

Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva f’ċertu perijodu ta’ żmien li jibda mid-data stipulata għat-traspożizzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq esperjenza miksuba u fuq data miġbura matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fuq kwalunkwe rakkomandazzjoni disponibbli tad-WHO u fuq data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti.

(46)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji relatati mal-kura tas-saħħa, mal-aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, mal-ħarsien tal-ambjent u mal-protezzjoni tal-konsumatur.

(47)

L-effettività ta’ din id-Direttiva u l-għan tagħha li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem fil-kuntest tal-politika ambjentali tal-Unjoni jeħtieġu li persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew fejn xieraq l-organizzazzjonijiet debitament kostitwiti tagħhom, ikunu jistgħu jiddependu fuqha fi proċedimenti legali u li l-qrati nazzjonali jkunu jistgħu jqisu din id-Direttiva bħala element tad-dritt tal-Unjoni sabiex, fost oħrajn, jiġu riveduti d-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali fejn ikun xieraq. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), huma l-qrati tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ta’ persuna skont id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) TUE jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni.

Dan japplika, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ Direttiva li għandha l-objettiv li tħares is-saħħa tal-bniedem mill-effetti ħżiena ta’ kull tniġġis ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-membri kkonċernati tal-pubbliku jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li wieħed jgħix f’ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benesseri personali. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/881 (23), il-Kummissjoni ntalbet twettaq studju sat-30 ta’ Settembru 2019 u, jekk ikun xieraq fid-dawl tal-istudju, tippreżenta sat-30 ta’ Settembru 2020 proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), sabiex jiġu indirizzati s-sejbiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32. Il-Kummissjoni ppreżentat l-istudju sa dik l-iskadenza u ddikjarat, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li hija “ser tikkunsidra r-reviżjoni tar-Regolament ta’ Aarhus biex ittejjeb l-aċċess għal rieżami amministrattiv u ġudizzjarju fil-livell tal-UE għaċ-ċittadini u l-NGOs li għandhom tħassib dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet b’effetti fuq l-ambjent” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Huwa importanti li l-Kummissjoni tieħu wkoll azzjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja miċ-ċittadini u l-NGOs quddiem il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri kollha.

(48)

Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-iffissar ta’ limitu għat-tnixxijiet, l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għal prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-istabbiliment ta’ proċedura għal applikazzjonijiet lill-ECHA għall-inklużjoni jew it-tneħħija mil-listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti, l-istabbiliment ta’ marka għal prodotti f’kuntatt mal-ilma, l-adozzjoni ta’ metodoloġija biex tkejjel il-mikroplastik, l-emendar tal-Anness III u l-emendar tal-valur parametriku għall-Bisfenol A fil-Parti B tal-Anness I. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Barra minn hekk, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom (25), is-setgħa mogħtija stipulata fin-Nota 10 tal-Parti C tal-Anness I għad-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġu stabbiliti l-frekwenzi tal-monitoraġġ u l-metodi ta’ monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi, ma għadhiex tapplika, u għalhekk jenħtieġ li titħassar. Is-setgħa mogħtija stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Parti A tal-Anness III għad-Direttiva 98/83/KE rigward l-emendi tad-Direttiva m’għadhiex meħtieġa, u għalhekk jenħtieġ li titħassar.

(49)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni ta’ metodoloġiji għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti, ta’ listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti, u ta’ proċeduri u metodi għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ materjali finali magħmula minn dawk is-sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti. Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jingħataw ukoll lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tal-format tal-informazzjoni u l-modalitajiet għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri u li tiġi kkompilata mill-EEA dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll għall-istabbiliment u l-aġġornament ta’ lista ta’ sorveljanza. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26).

(50)

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali li huma applikabbli b’rabta mal-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(51)

Sabiex il-fornituri tal-ilma jkollhom sett sħiħ ta’ data disponibbli meta dawn jibdew iwettqu l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista, jenħtieġ li jiġi introdott perijodu ta’ transizzjoni ta’ tliet snin għal parametri ġodda. Dan ser jippermetti lill-Istati Membri jwettqu l-identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi matul dawk l-ewwel tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, u biex jipprovdu data lill-fornituri tal-ilma dwar il-parametri l-ġodda, biex b’hekk jevitaw kwalunkwe monitoraġġ mhux neċessarju mill-fornituri tal-ilma jekk jinstab li parametru ma għandux għalfejn jiġi mmonitorjat wara l-ewwel identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi. Matul dawk l-ewwel tliet snin, madankollu jenħtieġ li l-fornituri tal-ilma jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista, jew jużaw valutazzjonijiet tar-riskju eżistenti diġà mwettqa skont id-Direttiva (UE) 2015/1787, għal dawk il-parametri li kienu parti mill-Anness I għad-Direttiva 98/83/KE, minħabba li d-data tkun diġà disponibbli għal dawk il-parametri meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

(52)

Id-Direttiva 2013/51/Euratom tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tistabbilixxix valuri parametriċi b’rabta mar-radjuattività.

(53)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u t-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(54)

Jenħtieġ li l-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttivi ta’ qabel. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jirriżulta mid-Direttivi preċedenti.

(55)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettivi

1.   Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni.

2.   L-objettivi ta’ din id-Direttiva huma li tħares is-saħħa tal-bniedem mill-effetti ħżiena ta’ kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun tajjeb għas-saħħa u nadif, u li ttejjeb l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser:

(a)

l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija tal-ikel jew għanijiet oħra domestiċi f’postijiet pubbliċi jew privati, irrispettivament mill-oriġini tiegħu u minn jekk huwiex fornut minn network ta’ distribuzzjoni, fornut minn bawżer jew imqiegħed fi fliexken jew kontenituri, inkluż ilma tan-nixxiegħa;

(b)

l-ilma kollu użat fi kwalunkwe negozju tal-ikel għall-manifattura, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(2)

“sistema ta’ distribuzzjoni domestika” tfisser is-sistema ta’ pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma installati bejn il-viti li huma normalment użati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll f’postijiet privati u n-network ta’ distribuzzjoni, imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tal-ilma, fil-kapaċità tiegħu ta’ fornitur tal-ilma, skont il-liġi nazzjonali rilevanti;

(3)

“fornitur tal-ilma” tfisser entità li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(4)

“postijiet ta’ prijorità” tfisser proprjetajiet immobbli kbar mhux domestiċi b’ħafna utenti li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, b’mod partikolari proprjetajiet immobbli kbar għall-użu mill-pubbliku, kif identifikati mill-Istati Membri;

(5)

“negozju tal-ikel” tfisser negozju tal-ikel kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(6)

“operatur ta’ negozju tal-ikel” tfisser operatur ta’ negozju tal-ikel kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(7)

“periklu” tfisser aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku fl-ilma, jew aspett ieħor tal-kundizzjoni tal-ilma, li jkollu l-potenzjal li jikkawża ħsara lis-saħħa tal-bniedem;

(8)

“avveniment perikoluż” tfisser avveniment li jintroduċi perikli fis-sistema tal-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jew li jonqos milli jneħħihom mis-sistema;

(9)

“riskju” tfisser kombinazzjoni tal-probabbiltà ta’ avveniment perikoluż u l-gravità tal-konsegwenzi f’każ li jseħħ il-periklu u l-avveniment perikoluż fis-sistema tal-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(10)

“sustanza inizjali” tfisser sustanza li tkun ġiet miżjuda intenzjonalment fil-produzzjoni ta’ materjali organiċi jew ta’ taħlit għal materjali tas-siment;

(11)

“kompożizzjoni” tfisser il-kompożizzjoni kimika tal-metall, l-enamel, iċ-ċeramika jew materjal inorganiku ieħor.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a)

ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtorità responsabbli, kif imsemmija fid-Direttiva 2009/54/KE; jew

(b)

ilmijiet li huma prodotti mediċinali skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE.

2.   Il-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma, iġorru l-passiġġieri u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma għandhom ikunu soġġetti biss għall-Artikoli 1 sa 6 u l-Artikoli 9, 10, 13 u 14 ta’ din id-Direttiva u l-Annessi rilevanti tagħha.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn din id-Direttiva:

(a)

ilma maħsub esklużivament għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità tal-ilma m’għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;

(b)

ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta’ inqas minn 10 m3 kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provdut bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.

4.   L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa li qed isir tali rikors għal eżenzjonijiet u dwar kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kkawżati minn kwalunkwe tniġġis ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, fejn ikun evidenti li hemm ħsara potenzjali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta’ dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha minnufih tingħata pariri adatti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ta’ negozju tal-ikel minn din id-Direttiva fir-rigward tal-ilma li jintuża għall-finijiet speċifiċi tan-negozju tal-ikel, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu sodisfatti li l-kwalità ta’ tali ilma ma tistax taffettwa s-sigurtà tal-prodotti tal-ikel fl-għamla aħħarija tagħhom u dment li l-provvista tal-ilma tan-negozju tal-ikel tikkonforma mal-obbligi, b’mod partikolari skont il-proċeduri dwar l-analiżi tal-perikli u l-prinċipji ta’ punti ta’ kontroll kritiċi u l-azzjonijiet korrettivi skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ikel.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 5 u l-Partijiet A u B tal-Anness I.

Madankollu, ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ma għandhomx japplikaw għall-ilma tan-nixxiegħa kif imsemmi fid-Direttiva 2009/54/KE.

6.   Il-fornituri tal-ilma li jfornu inqas minn medja ta’ 10m3 kull jum jew li jservu inqas minn 50 persuna bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika għandhom ikunu soġġetti biss għall-Artikoli 1 sa 6 u l-Artikoli 13, 14 u 15 ta’ din id-Direttiva u l-Annessi rilevanti tagħha.

Artikolu 4

Obbligi ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skont liġi oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa tajjeb għas-saħħa u nadif. Għall-għanijiet tar-rekwiżiti minimi ta’ din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfati:

(a)

dak l-ilma ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f’numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem;

(b)

dak l-ilma jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Partijiet A, B u D tal-Anness I;

(c)

l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 sa 14.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u li f’ebda ċirkostanza ma jippermettu, direttament jew indirettament, xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta’ ilmijiet użati għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

3.   Skont id-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni tal-livelli ta’ tnixxija tal-ilma fit-territorju tagħhom u tal-potenzjal għal titjib fit-tnaqqis tat-tnixxija tal-ilma bl-użu tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-indiċi ta’ tnixxija infrastrutturali (ILI) jew ta’ metodu xieraq ieħor. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-aspetti tas-saħħa pubblika, ambjentali, tekniċi u ekonomiċi rilevanti u tkopri mill-inqas il-fornituri tal-ilma li jfornu mill-inqas 10 000 m3 kuljum jew li jservu mill-inqas 50 000 persuna.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sal-12 ta’ Jannar 2026.

Sal-12 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, billi tistabbilixxi limitu, ibbażat fuq l-ILI jew metodu xieraq ieħor, li ’l fuq minnu l-Istati Membri għandhom jippreżentaw pjan ta’ azzjoni. Dak l-att delegat għandu jiġi abbozzat bl-użu tal-valutazzjonijiet tal-Istati Membri u r-rata medja ta’ tnixxija tal-Unjoni ddeterminata abbażi ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Fi żmien sentejn mill-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Istati Membri li jkollhom rata ta’ tnixxija li taqbeż il-limitu stabbilit fl-att delegat għandhom jippreżentaw pjan ta’ azzjoni lill-Kummissjoni li jistabbilixxi sett ta’ miżuri li jridu jittieħdu sabiex titnaqqas ir-rata ta’ tnixxija tagħhom.

Artikolu 5

Standards tal-kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stabbiliti fl-Anness I.

2.   Il-valuri parametriċi stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti fil-Partijiet A, B, C u D tal-Anness I. F’dak li jirrigwarda l-parametri stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I, il-valuri għandhom ikunu stabbiliti biss għal finijiet ta’ monitoraġġ u bil-għan li jkun żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14.

3.   Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorju nazzjonali tiegħu jew f’parti minnu. Il-valuri stabbiliti għandhom, tal-inqas, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1).

Artikolu 6

Punt ta’ konformità

1.   Għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 għall-parametri mniżżla fil-Partijiet A u B tal-Anness I:

(a)

fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ipprovdut minn network ta’ distribuzzjoni, fil-punt, f’post jew fi stabbiliment, li minnu l-ilma joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ipprovdut minn bawżer, fil-punt fejn l-ilma joħroġ mill-bawżer;

(c)

fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri, fil-punt fejn l-ilma jitqiegħed fil-fliexken jew fil-kontenituri;

(d)

fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem użat f’negozju tal-ikel, fil-punt li fih l-ilma jintuża f’dak in-negozju.

2.   Fil-każ ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kopert mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 4 u l-Artikolu 14(2) fejn jista’ jkun stabbilit li nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5 jirriżulta mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika jew mill-manutenzjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 fir-rigward ta’ postijiet ta’ prijorità.

3.   Fejn japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jkun hemm riskju li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kopert mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jikkonformax mal-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, l-Istati Membri xorta waħda għandhom jiżguraw li:

(a)

jittieħdu miżuri xierqa biex inaqqsu jew jeliminaw ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi, bħal pereżempju billi jagħtu pariri lis-sidien ta’ proprjetà dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva possibbli li dawn ikunu jistgħu jieħdu, u jekk meħtieġ li jittieħdu miżuri oħra, bħal pereżempju tekniki xierqa ta’ trattament, biex jitbiddlu n-natura jew il-proprjetajiet tal-ilma qabel ma dan ikun fornut sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju li l-ilma ma jkunx konformi mal-valuri parametriċi wara l-provvista; u

(b)

il-konsumaturi konċernati ikunu mgħarrfa debitament u iggwidati dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva possibbli li għandhom jieħdu.

Artikolu 7

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-sigurtà tal-ilma

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma soġġetti għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jkopri l-katina kollha tal-provvista miż-żona ta’ wesgħa, l-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma sal-punt ta’ konformità speċifikat fl-Artikolu 6.

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandu jinvolvi l-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 8;

(b)

valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju għal kull sistema tal-provvista li tinkludi l-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem sal-punt ta’ provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma f’konformità mal-Artikolu 9; u

(c)

valutazzjoni tar-riskju għas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, f’konformità mal-Artikolu 10.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mingħajr ma jikkompromettu l-objettiv ta’ din id-Direttiva rigward il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-saħħa tal-konsumaturi, meta jkun hemm limitazzjonijiet partikolari minħabba ċirkostanzi ġeografiċi bħalma huma l-periferiċità jew l-aċċessibbiltà limitata taż-żona tal-provvista tal-ilma.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm distribuzzjoni ċara u xierqa tar-responsabbiltajiet bejn il-partijiet ikkonċernati, kif definit mill-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Tali distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għandha titfassal skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom.

4.   Il-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jitwettqu għall-ewwel darba sal-12 ta’ Lulju 2027. Dik il-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari mhux itwal minn sitt snin, b’kont meħud tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE, u jiġu aġġornati skont kif meħtieġ.

5.   Il-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista għandhom jitwettqu għall-ewwel darba sal-12 ta’ Jannar 2029. Dik il-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari mhux itwal minn sitt snin, u jiġu aġġornati kif meħtieġ.

6.   Il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi tad-distribuzzjoni domestika għandha titwettaq għall-ewwel darba sal-12 ta’ Jannar 2029. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi riveduta kull sitt snin, u għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ.

7.   L-iskadenzi speċifikati fil-paragrafi 4, 5 u 6 ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jiżguraw li jittieħdu miżuri mill-iktar fis possibbli hekk kif jiġu identifikati u vvalutati r-riskji.

Artikolu 8

Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 sa 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettqu valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

karatterizzazzjoni taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni inkluż:

(i)

l-identifikazzjoni u l-immappjar taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni;

(ii)

l-immappjar ta’ żoni ta’ salvagwardja fejn dawk iż-żoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE;

(iii)

referenzi ġeografiċi għall-punti kollha tal-astrazzjoni fiż-żoni ta’ wesgħa; peress li dik id-data tista’ tkun sensittiva, b’mod partikolari fil-kuntest tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà pubblika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali data tiġi protetta u kkomunikata biss lill-awtoritajiet rilevanti u lill-fornituri tal-ilma;

(iv)

deskrizzjoni tal-użu tal-art, l-ilma tax-xeba’, u l-proċessi ta’ recharge fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni;

(b)

identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni u valutazzjoni tar-riskju li jistgħu joħolqu għall-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; dik il-valutazzjoni għandha tivvaluta r-riskji possibbli li jistgħu jikkawżaw deterjorament tal-kwalità tal-ilma sal-punt li tista’ tikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem;

(c)

monitoraġġ xieraq fl-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta’ taħt l-art, jew it-tnejn, fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni jew l-ilma mhux trattat ta’ parametri, sustanzi jew sustanzi niġġiesa rilevanti magħżula minn dan li ġej:

(i)

parametri fil-Partijiet A u B tal-Anness I jew stabbiliti skont l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Direttiva;

(ii)

sustanzi niġġiesa fl-ilma ta’ taħt l-art fl-Anness I għad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), u sustanzi niġġiesa u indikaturi tat-tniġġis li għalihom il-valuri ta’ limitu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Anness II għal dik id-Direttiva;

(iii)

sustanzi ta’ prijorità u ċerti sustanzi niġġiesa oħrajn fl-Anness I għad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(iv)

sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2000/60/KE;

(v)

sustanzi niġġiesa oħra rilevanti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem stabbiliti mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu;

(vi)

sustanzi li jseħħu b’mod naturali li jistgħu jikkostitwixxu riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-użu tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(vii)

sustanzi u komposti inklużi fil-lista ta’ sorveljanza kif stabbilita f’konformità mal-Artikolu 13(8) ta’ din id-Direttiva.

Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2000/60/KE.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-reviżjoni tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u mill-informazzjoni jew pressjonijiet sinifikanti miġbura f’konformità mal-punti 1.4, 1.5 u 2.3 sa 2.5 tal-Anness II għal dik id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost il-punti (c)(i) sa (c) (vii) tal-ewwel subparagrafu l-parametri, is-sustanzi jew is-sustanzi niġġiesa li huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-monitoraġġ fid-dawl tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi identifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jew fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tal-ilma skont il-paragrafu 3.

Għall-fini ta’ monitoraġġ tajjeb kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, inkluż biex jinqabdu sustanzi ġodda dannużi għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-użu tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u rilevanti għaż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni.

3.   Fornituri tal-ilma li jwettqu monitoraġġ fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni jew fl-ilma mhux trattat għandhom ikunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bix-xejriet ta’, u l-għadd ta’ konċentrazzjonijiet mhux tas-soltu ta’, parametri, sustanzi jew sustanzi niġġiesa monitorjati.

4.   Fuq il-bażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li ġejjin biex jipprevjenu jew jikkontrollaw ir-riskji identifikati kif rilevanti li jibdew mill-miżuri ta’ prevenzjoni:

(a)

id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni b’żieda mal-miżuri previsti jew meħuda skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, fejn meħtieġ biex tiġi salvagwardata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; fejn xieraq, dawk il-miżuri ta’ prevenzjoni għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva; Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jniġġsu, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jieħdu tali miżuri ta’ prevenzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni b’żieda mal-miżuri previsti jew meħuda skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, fejn meħtieġ biex tiġi salvagwardata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; fejn xieraq, dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva; Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jniġġsu, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jieħu tali miżuri ta’ mitigazzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE;

(c)

l-iżgurar tal-monitoraġġ xieraq ta’ parametri, sustanzi jew sustanzi niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ, jew it-tnejn, fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni jew fl-ilma mhux trattat, li jistgħu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem bil-konsum tal-ilma jew iwasslu għal deterjorament mhux aċċettabbli fil-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li ma ġewx ikkunsidrati fil-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE; fejn xieraq, dan il-monitoraġġ għandu jiġi inkluż fil-programmi ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva;

(d)

evalwazzjoni tal-ħtieġa ta’ ħolqien jew adattament taż-żoni ta’ salvagwardja għall-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ, kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, u kwalunkwe żona rilevanti oħra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-effettività ta’ kwalunkwe miżura msemmija f’dan il-paragrafu tiġi rieżaminata f’intervalli xierqa.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3. B’mod partikolari, il-fornituri tal-ilma rilevanti għandu jkollhom aċċess għar-riżultati tal-monitoraġġ miksuba skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jesiġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ jew trattament addizzjonali ta’ ċerti parametri;

(b)

jippermettu lill-fornituri tal-ilma jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ parametru, jew ineħħu parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati mill-fornituri tal-ilma skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(2), mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, dment li:

(i)

il-parametru ma jkunx parametru ewlieni fit-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B, tal-Anness II, u

(ii)

ebda fattur li jista’ jiġi antiċipat raġonevolment ma huwa mistenni jikkawża deterjorament tal-kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

6.   Fejn fornitur tal-ilma jitħalla jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ parametru jew ineħħi parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ xieraq ta’ dawk il-parametri meta jirrevedu l-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni, skont l-Artikolu 7(4).

Artikolu 9

Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista mill-fornitur tal-ilma.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista:

(a)

tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8;

(b)

tinkludi deskrizzjoni tas-sistema tal-provvista mill-punt tal-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-ilma sal-punt tal-provvista; u

(c)

tidentifika l-perikli u l-avvenimenti perikolużi fis-sistema tal-provvista u tinkludi valutazzjoni tar-riskji li jistgħu jkollhom għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-użu tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, b’kont meħud tar-riskji minħabba t-tibdil fil-klima, nixxijat u pajpijiet li jnixxu.

3.   Abbażi tar-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li ġejjin:

(a)

jiddefinixxu u jimplimentaw miżuri ta’ kontroll għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji identifikati fis-sistema tal-provvista li jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

jiddefinixxu u jimplimentaw miżuri ta’ kontroll fis-sistema tal-provvista b’żieda mal-miżuri previsti jew meħuda skont l-Artikolu 8(4) ta’ din id-Direttiva jew l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE għall-mitigazzjoni tar-riskji li jkunu ġejjin miż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni li jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(c)

jimplimentaw programm ta’ monitoraġġ operazzjonali speċifiku għall-provvista skont l-Artikolu 13;

(d)

jiżguraw li, fejn id-diżinfezzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tat-trattament tad-diżinfezzjoni hi validata, li kwalunkwe kontaminazzjoni minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfezzjoni tinżamm baxxa kemm jista’ jkun mingħajr ma tikkomprometti d-diżinfezzjoni, li kwalunkwe kontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi għat-trattament tinżamm baxxa kemm jista’ jkun u li kwalunkwe sustanzi li jifdal fl-ilma ma jikkompromettux s-sodisfar tal-obbligi ġenerali stipulati fl-Artikolu 4;

(e)

jivverifikaw li l-materjali, is-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem użati fis-sistema tal-provvista jkunu konformi ma l-Artikoli 11 u 12.

4.   Fuq il-bażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista mwettqa skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jippermettu l-possibbiltà li jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ parametru, jew li ijneħħu parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, ħlief għall-parametri ewlenin msemmija fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li jekk isir hekk ma jikkompromettix il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem:

(i)

fuq il-bażi tal-okkorrenza ta’ parametru fl-ilma mhux trattat, skont il-valutazzjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 8(1) u (2);

(ii)

meta parametru jista’ jokkorri biss bħala riżultat tal-użu ta’ ċerta teknika ta’ trattament jew ċertu metodu ta’ diżinfezzjoni, u dik it-teknika jew metodu ma jintużax mill-fornitur tal-ilma; jew

(iii)

fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Parti C tal-Anness II;

(b)

jiżguraw li l-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Artikolu 13 tiġi estiża jew li l-frekwenza tal-monitoraġġ tiżdied:

(i)

fuq il-bażi tal-okkorrenza ta’ parametru fl-ilma mhux trattat, skont il-valutazzjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 8(1) u (2); jew

(ii)

fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Parti C tal-Anness II;

5.   Il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ provvista għandha tikkonċerna l-parametri elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I, parametri stabbiliti skont l-Artikolu 5(3) u sustanzi jew komposti inklużi fil-lista ta’ sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 13(8).

6.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-fornituri tal-ilma li jfornu bejn 10 u 100 m3 kuljum bħala medja jew li jservu bejn 50 u 500 persuna mir-rekwiżit li jwettqu valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, dment li l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li tali eżenzjoni ma tikkompromettix il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Fil-każ ta’ tali eżenzjoni, il-fornituri tal-ilma eżentati għandhom iwettqu monitoraġġ regolari skont l-Artikolu 13.

Artikolu 10

Valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi ġenerali tar-riskji potenzjali assoċjati mas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, u mal-prodotti u l-materjali relatati, u jekk dawk ir-riskji potenzjali jaffettwawx il-kwalità tal-ilma fil-punt fejn joħroġ mill-viti li normalment jintużaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; din l-analiżi ġenerali ma għandhiex tinvolvi analiżi ta’ proprjetajiet individwali; u

(b)

monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti D tal-Anness I f’postijiet fejn ikunu ġew identifikati riskji speċifiċi għall-kwalità tal-ilma u għas-saħħa tal-bniedem matul l-analiżi ġenerali mwettqa skont il-punt (a).

F’dak li jirrigwarda l-Legionella jew iċ-ċomb, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffukaw il-monitoraġġ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwwel subparagrafu fuq postijiet ta’ prijorità.

2.   Meta l-Istati Membri jikkonkludu, abbażi tal-analiżi ġenerali mwettqa skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu paragrafu 1), li hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem li tirriżulta minn sistemi ta’ distribuzzjoni domestika jew mill-prodotti u l-materjali relatati, jew meta l-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 juri li l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti D tal-Anness I ma jkunux ġew issodisfati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta’ nonkonformità mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti D tal-Anness I.

Fir-rigward tal-Legionella, dawk il-miżuri għandhom jindirizzaw mill-inqas postijiet ta’ prijorità.

3.   Sabiex jitnaqqsu r-riskji marbuta mad-distribuzzjoni domestika fis-sistemi kollha ta’ distribuzzjoni domestika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati l-miżuri kollha li ġejjin u li jittieħdu dawk il-miżuri meqjusa rilevanti:

(a)

iħeġġu lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati jwettqu valutazzjoni tar-riskju tas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika;

(b)

jinfurmaw lill-konsumaturi u lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati dwar il-miżuri li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu r-riskju tan-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minħabba s-sistema ta’ distribuzzjoni domestika;

(c)

jagħtu pariri lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat ir-rikorrenza ta’ dawk ir-riskji;

(d)

jippromwovu taħriġ għall-plumbers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta’ materjali u prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(e)

fir-rigward tal-Legionella, jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta’ kontroll u ġestjoni effettivi u proporzjonati għar-riskju sabiex jiġu evitati u indirizzati okkorrenzi possibbli ta’ tifqigħat tal-marda; u

(f)

fir-rigward taċ-ċomb, jekk ikun ekonomikament u teknikament fattibbli, jimplimentaw miżuri għas-sostituzzjoni tal-komponenti magħmula miċ-ċomb fis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika eżistenti.

Artikolu 11

Rekwiżiti minimi tal-iġjene għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali li huma maħsuba biex jintużaw f’installazzjonijiet ġodda jew, fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ tiswija jew rikostruzzjoni, f’installazzjonijiet eżistenti għall-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin jew id-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li jiġu f’kuntatt ma’ ilma bħal dan:

(a)

ma jikkompromettux direttament jew indirettament il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif prevista minn din id-Direttiva;

(b)

ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kulur, ir-riħa jew it-togħma tal-ilma;

(c)

ma jżidux it-tkabbir tal-mikrobi;

(d)

ma jħollux kontaminanti fl-ilma f’livelli li huma ogħla milli meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub tal-materjal.

2.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi speċifiċi tal-iġjene għall-materjali li jiġu f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness V. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu:

(a)

sat-12 ta’ Jannar 2024, il-metodoloġiji għall-ittestjar u l-aċċettazzjoni ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet u kostitwenti li jridu jiddaħħlu f’listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti, inkluż limiti speċifiċi ta’ migrazzjoni u prekondizzjonijiet xjentifiċi relatati mas-sustanzi jew il-materjali;

(b)

sat-12 ta’ Jannar 2025, abbażi tal-listi li jinkludu d-dati ta’ skadenza miġbura mill-ECHA, listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti għal kull grupp ta’ materjali, jiġifieri materjal organiku, tas-siment, metalliku, enamel u taċ-ċeramika jew materjal inorganiku ieħor, li huma awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali jew prodotti f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-limiti ta’ migrazzjoni, li jridu jkunu iddeterminati fuq il-bażi tal-metodoloġiji adottati skont il-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu, u b’kont meħud tal-paragrafi 3 u 4;

(c)

sat-12 ta’ Jannar 2024, proċeduri u metodi minn materjali jew kombinazzjonijiet ta’ sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti fuq il-listi pożittivi Ewropej, inkluż:

(i)

l-identifikazzjoni tas-sustanzi rilevanti u parametri oħra, bħat-turbidità, it-togħma, ir-riħa, il-kulur, il-karbonju organiku totali, ir-rilaxx ta’ sustanzi mhux mistennija u t-tisħiħ ta’ tkabbir tal-mikrobi, li jridu jiġu ttestjati fl-ilma ta’ migrazzjoni;

(ii)

metodi għall-ittestjar tal-effetti fuq il-kwalità tal-ilma, b’kont meħud ta’ kwalunkwe standards Ewropej rilevanti;

(iii)

kriterji ta’ suċċess jew falliment għar-riżultati tat-test, li jqisu, fost oħrajn, fatturi ta’ konverżjoni għall-migrazzjoni ta’ sustanzi f’livelli stmati mal-vit, u l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni jew użu, fejn xieraq.

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmi fl-Artikolu 22.

3.   L-ewwel listi pożittivi Ewropej li jiġu adottati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom ikunu bbażati, fost oħrajn, fuq listi pożittivi nazzjonali eżistenti, dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti oħra u fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju li wasslu għall-ħolqien ta’ tali listi nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ECHA dwar kwalunkwe lista nazzjonali pożittiva eżistenti, dispożizzjonijiet oħra u dokumenti) ta’ valutazzjoni disponibbli sat-12 ta’ Lulju 2021.

Il-lista pożittiva Ewropea ta’ sustanzi inizjali għal materjali organiċi għandha tqis il-lista stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

4.   Il-listi pożittivi Ewropej għandu jkun fihom l-uniċi sustanzi inizjali, kompożizzjonijiet jew kostitwenti awtorizzati għall-użu kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Il-listi pożittivi Ewropej għandhom jinkludu dati ta’ skadenza stabbiliti fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-ECHA. Id-dati tal-iskadenza għandhom jiġu stabbiliti b’mod partikolari fuq il-bażi tal-karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi, il-kwalità tal-valutazzjonijiet tar-riskju sottostanti, u kemm dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju huma aġġornati. Il-listi pożittivi Ewropej jista’ jkun fihom ukoll dispożizzjonijiet tranżitorji.

Abbażi tal-opinjonijiet mill-ECHA kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna regolarment, fejn meħtieġ, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, b’konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

L-ewwel reviżjoni għandha titlesta sa 15-il sena wara l-adozzjoni tal-ewwel lista pożittiva Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe att rilevanti jew mandati ta’ standardizzazzjoni, li tadotta skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni jkun konsistenti ma’ din id-Direttiva.

5.   Għall-għanijiet ta’ inklużjoni fil-listi pożittivi Ewropej jew it-tneħħija minnhom tas-sustanzi inizjali, tal-kompożizzjonijiet jew il-kostitwenti, l-operaturi ekonomiċi jew awtoritajiet rilevanti għandhom jippreżentaw applikazzjonijiet lill-ECHA.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, billi tistabbilixxi proċedura, li tinkludi r-rekwiżiti għall-informazzjoni, dwar il-proċess tal-applikazzjoni. Il-proċedura għandha tiżgura li mal-applikazzjonijiet ikun hemm valutazzjonijiet tar-riskju u li l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet rilevanti jagħtu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju f’format speċifiku.

6.   Il-Kumitat tal-Istima tar-Riskji tal-ECHA stabbilit skont il-punt (c) tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 5 f’limitu ta’ żmien li jiġi stabbilit fl-atti delegati msemmija f’dak il-paragrafu. Aktar dispożizzjonijiet proċedurali dwar il-proċess tal-applikazzjoni u dwar il-ħruġ ta’ opinjonijiet mill-Kumitat tal-Istima tar-Riskji tal-ECHA, jistgħu jiġu inklużi wkoll f’dawk l-atti delegati.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li prodotti approvati f’konformità ma’ rekwiżiti minimi speċifiċi tal-iġjene pprovduti fil-paragrafi 2 jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma biss prodotti bħal dawn li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jużaw materjali approvati skont din id-Direttiva li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Dan ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri, b’mod partikolari meta l-kwalità speċifika tal-ilma lokali mhux ittrattat titlob hekk, milli jadottaw miżuri protettivi aktar stretti għall-użu ta’ materjali finali f’ċirkostanzi speċifiċi jew debitament ġustifikati, skont l-Artikolu 193 TFUE. Dawn il-miżuri għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni.

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-prodotti koperti minn dan l-Artikolu.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, billi tiddetermina l-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-prodotti koperti minn dan l-Artikolu abbażi tal-moduli fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30). Fid-determinazzjoni ta’ liema proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità għandha tintuża, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala punt ta’ tluq is-Sistema 1+ ta’ valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni stabbilita fl-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 305/2011, jew proċedura ġeneralment ekwivalenti, ħlief fejn dan ikun sproporzjonat. L-atti delegati msemmija f’dan il-paragrafu għandu jkun fihom ukoll regoli għan-nominazzjoni ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, fejn dawn ikunu involuti fil-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rispettivi.

9.   Sakemm jiġu adottati l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jżommu jew jadottaw miżuri nazzjonali dwar rekwiżiti minimi speċifiċi ta’ iġjene għall-materjali msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawk il-miżuri ikunu jikkonformaw mar-regoli tat-TFUE.

10.   Il-Kummissjoni għandha titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew iktar biex tabbozza standard Ewropew għall-ittestjar u l-valutazzjoni uniformi tal-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma’ dan l-Artikolu.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati għal immarkar li jidher, jinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx li għandu jintuża sabiex jindika li prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

12.   Mhux aktar tard mill-12 ta’ Jannar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament tas-sistema kif stabbilit f’dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat b’mod partikolari fuq l-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 u (UE) Nru 305/2011, li jivvaluta jekk:

(a)

is-saħħa tal-bniedem fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu hijiex protetta b’mod adegwat fl-Unjoni kollha;

(b)

is-suq intern għall-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwiex qed jaħdem sew;

(c)

hemmx ħtieġa għal proposta leġislattiva oħra dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Rekwiżiti minimi għas-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem:

(a)

ma jikkompromettux direttament jew indirettament il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif prevista minn din id-Direttiva;

(b)

ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kulur, ir-riħa jew it-togħma tal-ilma;

(c)

ma jżidux it-tkabbir ta’ mikrobi mhux intenzjonalment;

(d)

ma jikkontaminawx l-ilma f’livelli li huma ogħla milli meħtieġ fid-dawl tal-għan maħsub.

2.   Għall-implimentazzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 4(2) għandu japplika kif meħtieġ.

3.   Skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u bl-użu ta’ standards Ewropej rilevanti għal sustanzi kimiċi għat-trattament jew mezzi ta’ filtrazzjoni speċifiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-purità tas-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-mezzi ta’ filtrazzjoni tkun vvalutata u l-kwalità ta’ tali sustanzi kimiċi u mezzi ta’ filtrazzjoni tkun garantita.

Artikolu 13

Monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Partijiet A u B tal-Anness II, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skont l-Artikolu 5. Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem biex ikunu rappreżentattivi tal-kwalità tiegħu matul is-sena.

2.   Biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti programmi xierqa ta’ monitoraġġ skont il-Parti A tal-Anness II għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawk il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom ikunu speċifiċi għall-provvista, b’kont meħud tal-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għal-punti ta’ astrazzjoni u tas-sistemi tal-provvista, u għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Partijiet A, B u C tal-Anness I, u tal-parametri stabbiliti skont l-Artikolu 5(3), skont l-Anness II, u, meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, skont l-Artikolu 9 u l-Parti C tal-Anness II, sakemm Stat Membru ma jiddeċidix li wieħed minn dawk il-parametri jista’ jitneħħa, skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) jew il-punt (a) tal-Artikolu 9(4), mil-lista tal-parametri li jridu jiġu mmonitorjati;

(b)

il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti D tal-Anness I, għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 10(1);

(c)

il-monitoraġġ tas-sustanzi u l-komposti inklużi fil-lista ta’ sorveljanza, skont il-ħames subparagrafu tal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

il-monitoraġġ, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi, kif previst fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2);

(e)

il-monitoraġġ operazzjonali mwettaq skont il-punt 3 tal-Parti A tal-Anness II.

3.   Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-Parti D tal-Anness II.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri mniżżla fl-Anness III, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

jistgħu jintużaw metodi ta’ analiżi li mhumiex dawk speċifikati fil-Parti A tal-Anness III sakemm ikun jista’ jintwera li r-riżultati miksuba jkunu affidabbli mill-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi speċifikati fil-Parti A tal-Anness III, billi l-Kummissjoni tiġi pprovduta bit-tagħrif rilevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom;

(b)

għall-parametri mniżżla fil-Parti B tal-Anness III, jista’ jintuża kwalunkwe metodu ta’ analiżi sakemm dan jissodisfa r-rekwiżiti dikjarati fihom.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ żejjed, skont il-każ, fuq sustanzi u mikroorganiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skont l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu jkunu preżenti f’numri jew konċentrazzjonijiet li jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem.

6.   Sat-12 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi bil-ħsieb li tinkludihom fil-lista ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu hekk kif il-kundizzjonijiet stipulati f’dak il-paragrafu jkunu ssodisfati.

7.   Sat-12 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-sustenzi tal-per- u l-polifloroalkil skont il-parametri “PFAS totali” u t-“Total tal-PFAS”, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni u taġġorna lista ta’ sorveljanza li tindirizza s-sustanzi jew il-komposti li joħolqu tħassib fil-pubbliku jew fil-komunità xjentifika għal raġunijiet ta’ saħħa (“il-lista ta’ sorveljanza”), bħas-sustanzi farmaċewtiċi, komposti li jfixklu s-sistema endokrinali u l-mikroplastiċi.

Is-sustanzi u l-komposti għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ sorveljanza meta x’aktarx ikunu preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jistgħu jkunu ta’ riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża b’mod partikolari r-riċerka xjentifika tad-WHO. Iż-żieda ta’ kwalunkwe sustanza jew kompost ġdid għandha tkun debitament ġustifikata skont l-Artikoli 1 u 4.

Il-Beta-estradjol u n-Nonilfenol għandhom jiġu inklużi fl-ewwel lista ta’ sorveljanza minħabba l-karatteristiċi tagħhom li jfixklu s-sistema endokrinali u r-riskju tagħhom għas-saħħa tal-bniedem. L-ewwel lista ta’ sorveljanza għandha tiġi stabbilita sat-12 ta’ Jannar 2022.

Il-lista ta’ sorveljanza għandha tindika valur ta’ gwida għal kull sustanza jew kompost u fejn meħtieġ metodu possibbli ta’ analiżi li ma jinvolvix spejjeż eċċessivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-preżenza potenzjali tas-sustanzi jew il-komposti li huma inklużi fil-lista ta’ sorveljanza, f’punti rilevanti tal-katina tal-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 8(1), (2) u (3) ta’ din id-Direttiva u jistgħu jużaw id-data tal-monitoraġġ miġbura skont id-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE, jew leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ.

Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu inklużi fis-settijiet tad-data, stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), flimkien mar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

Fejn jinstab, skont l-Artikolu 8(2) jew skont il-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li sustanza jew kompost ikun f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-valuri ta’ gwida stabbiliti fil-lista ta’ sorveljanza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati l-miżuri li ġejjin u li jittieħdu dawk il-miżuri kollha meqjusa rilevanti:

(a)

miżuri preventivi, miżuri ta’ mitigazzjoni jew monitoraġġ xieraq fiż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni jew fl-ilma mhux trattat kif stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4);

(b)

rekwiżit fuq il-fornituri tal-ilma li jwettqu monitoraġġ ta’ dawk is-sustanzi jew komposti, f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5);

(c)

rekwiżit fuq il-fornituri tal-ilma biex jivverifikaw jekk it-trattament ikunx adegwat biex jintlaħaq il-valur ta’ gwida jew, fejn meħtieġ, jottimizzaw it-trattament; u

(d)

azzjonijiet ta’ rimedju skont l-Artikolu 14(6) fejn l-Istati Membri jqisu li dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22.

Artikolu 14

Azzjoni korrettiva u restrizzjonijiet tal-użu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe każ li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 ikun investigat mill-ewwel sabiex tiġi identifikata l-kawża.

2.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obbligi imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma’ jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2), l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibbli biex terġa’ tintlaħaq il-kwalità ta’ dak l-ilma u għandu jagħti prijorità lill-infurzar tiegħu, wara li jkunu kkunsidraw fost oħrajn b’kemm ikun inqabeż il-valur parametriku rilevanti u l-ħsara assoċjata li dan jista’ jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti D tal-Anness I, l-azzjoni korrettiva għandha tinkludi l-miżuri stipulati fl-Artikolu 10(3).

3.   Irrispettivament minn jekk ikunux ġew issodisfatti l-valuri parametriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe provvista ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li tista’ tkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem tkun ipprojbita jew li l-użu ta’ tali ilma jkun ristrett u li tittieħed kwalunkwe azzjoni oħra ta’ rimedju meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

L-Istati Membri għandhom iqisu nuqqas li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tal-valuri parametriċi stabbiliti fil-partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, ħlief meta l-awtorità kompetenti tqis li n-nuqqas ta’ konformità mal-valur parametriku jkun trivjali.

4.   Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3, meta n-nonkonformità mal-valuri parametriċi titqies bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

jinnotifikaw lill-konsumaturi affettwati kollha dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dwar il-kawża tiegħu, dwar il-qbiż tal-valur parametriku u dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda, inkluż il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tal-użu jew azzjoni oħra;

(b)

jagħtu, u jaġġornaw b’mod regolari, il-pariri meħtieġa lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu gruppi tal-popolazzjoni b’riskji ogħla għas-saħħa marbuta mal-ilma; u

(c)

jinfurmaw lill-konsumaturi ladarba jiġi stabbilit li m’għadx hemm periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u jgħarrfuhom li s-servizz reġa’ lura għan-normal.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra rilevanti għandhom jiddeċiedu x’azzjoni għandha tittieħed skont il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

6.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi jew mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-Parti C tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk dan in-nuqqas ta’ konformità huwiex ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem. Huma għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex itejbu l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem meta dan ikun meħtieġ biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 15

Derogi

1.   F’ċirkostanzi debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, jew skont l-Artikolu 5(3), sa valur massimu ddeterminat minnhom stess, dment li tali derogi ma jikkostitwuwx periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkunx tista’ tinżamm b’mezzi raġonevoli oħra. Tali derogi għandhom ikunu limitati għal dan li ġej:

(a)

żona ta’ wesgħa ġdida għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

sors ġdid ta’ tniġġis misjub fiż-żona ta’ wesgħa għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew parametri li jkunu għadhom kif ġew imfittxija jew identifikati; jew

(c)

sitwazzjoni imprevista u eċċezzjonali f’żona ta’ wesgħa eżistenti għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li tista’ twassal biex temporanjament il-valuri parametriċi jinqabżu b’mod limitat.

Id-derogi imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għall-iqsar perjodu possibbli u ma għandhomx idumu aktar minn tliet snin. Meta ż-żmien tad-deroga joqrob lejn tmiemu, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami biex jiġi ddeterminat jekk sarx progress suffiċjenti.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jagħti t-tieni deroga fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħti t-tieni deroga, dan għandu jikkomunika r-riżultati tar-rieżami, flimkien mar-raġunijiet li wassluh għad-deċiżjoni dwar it-tieni deroga, lill-Kummissjoni. Din it-tieni deroga ma għandhiex iddum aktar minn tliet snin.

2.   Kwalunkwe deroga mogħtija skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika dan li ġej:

(a)

ir-raġunijiet għad-deroga;

(b)

il-parametru kkonċernat, ir-riżultati rilevanti ta’ kontrolli li jkunu saru, u l-valur parametriku massimu permissibbli skont id-deroga;

(c)

iż-żona ġeografika, il-kwantità ta’ ilma pprovdut kuljum, il-popolazzjoni kkonċernata u jekk ikunx ser jiġi affettwat kwalunkwe operatur tan-negozju tal-ikel rilevanti;

(d)

skema xierqa ta’ kontroll, b’żieda fil-frekwenza ta’ kontroll fejn meħtieġ;

(e)

deskrizzjoni fil-qosor tal-pjan għall-azzjoni korrettiva meħtieġa, li jinkludi skeda ta’ żmien għax-xogħol u stima tal-ispejjeż u d-dispożizzjonijiet għar-reviżjoni; u

(f)

id-durata tad-deroga.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li n-nuqqas ta’ konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 14(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien massimu ta’ 30 jum, l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma hemmx bżonn li tiġi speċifikata fid-deroga.

F’dak il-każ, fid-deroga l-awtoritajiet kompetenti jew korpi rilevanti oħra għandhom jistabbilixxu biss il-valur massimu permissibbli għall-parametru kkonċernat u l-ħin allokat biex tkun rimedjata l-problema.

4.   F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe valur parametriku għal provvista partikolari tal-ilma b’kollox f’iktar minn 30 jum fuq it-12-il xahar preċedenti, wieħed ma jistax jirrikorri aktar għall-paragrafu 3.

5.   Kwalunkwe Stat Membru li jkun ta deroga kif previst f’dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn kwalunkwe deroga bħal din tiġi mgħarrfa minnufih b’mod xieraq b’dik id-deroga u l-kondizzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jingħata tagħrif xieraq lil gruppi partikolari fil-popolazzjoni li għalihom id-deroga tista’ tkun ta’ riskju speċjali.

L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 3, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew kontenituri.

Artikolu 16

Aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE u għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu l-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u kulturali għad-distribuzzjoni tal-ilma, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu jew iżommu l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli jew emarġinati, kif definiti mill-Istati Membri.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jidentifikaw persuni mingħajr aċċess, jew b’aċċess limitat, għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż gruppi vulnerabbli u emarġinati, u r-raġunijiet għal tali nuqqas ta’ aċċess;

(b)

jivvalutaw possibbiltajiet ta’ titjib fl-aċċess għal tali persuni;

(c)

jinformaw tali persuni dwar il-possibbiltajiet għal konnessjoni man-network ta’ distribuzzjoni jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; u

(d)

jieħdu miżuri li jqisu li huma meħtieġa u xierqa biex jiżguraw li jkun hemm aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati.

2.   Sabiex jippromwovu l-użu tal-ilma tal-vit maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħed tagħmir fi spazji pubbliċi, kemm fil-beraħ kif ukoll fuq ġewwa, fejn ikun teknikament fattibbli, b’mod li jkun proporzjonat mal-ħtieġa ta’ miżuri bħal dawn u waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi lokali, bħall-klima u l-ġeografija.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu l-miżuri li ġejjin biex jippromwovu l-użu tal-ilma tal-vit maħsub għall-konsum mill-bniedem:

(a)

jgħarrfu lill-pubbliku dwar l-eqreb tagħmir fil-beraħ jew fuq ġewwa;

(b)

iniedu kampanji biex iċ-ċittadini jkunu infurmati dwar il-kwalità ta’ tali ilma;

(c)

iħeġġu l-forniment ta’ dan l-ilma f’amministrazzjonijiet pubbliċi u bini pubbliku;

(d)

iħeġġu li dan l-ilma, jingħata b’xejn jew b’tariffa baxxa għas-servizz, għall-klijenti f’ristoranti, f’canteens u f’servizzi ta’ forniment tal-ikel.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza meħtieġa, kif definita mill-Istati Membri, tiġi ffaċilitata għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu implimentati l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 17

Informazzjoni għall-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli informazzjoni xierqa u aġġornata dwar l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV, u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha bi provvista ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jirċievu l-informazzjoni li ġejja b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, mingħajr ma jkollhom jitolbuha, u fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli, pereżempju fil-fatturi jew b’mezzi diġitali bħal applikazzjonijiet intelliġenti:

(a)

informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż il-parametri indikaturi;

(b)

il-prezz tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem provdut, għal kull litru u metru kubu;

(c)

il-volum ikkonsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perijodu tal-kont, flimkien max-xejriet annwali ta’ konsum tal-unitajiet domestiċi, jekk dan ikun teknikament fattibbli u fil-każ li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma;

(d)

tqabbil tal-konsum annwali ta’ ilma mill-unità domestika ma’ konsum domestiku medju, meta jkun applikabbli f’konformità mal-punt (c);

(e)

ħolqa għas-sit web li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

Artikolu 18

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, l-Istati Membri, megħjuna mill-EEA, għandhom:

(a)

jistabbilixxu, sal-12 ta’ Jannar 2029, u jaġġornaw, kull sitt snin wara dan, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jittejjeb l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont l-Artikolu 16, u jiġi promoss l-użu tiegħu, u dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandu aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; dan ma jinkludix l-ilma mqiegħed fi fliexken jew kontenituri;

(b)

jistabbilixxu, sal-12 ta’ Lulju 2027, u jaġġornaw kull sitt snin wara dan, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8, u stabbiliti sal-12 ta’ Jannar 2029t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], u aġġornati kull sitt snin wara dan, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni relatata mal-valutazzjoni tar-riskju ta’ sistemi tad-distribuzzjoni domestika mwettqa skont l-Artikolu 10, inkluż l-elementi li ġejjin:

(i)

informazzjoni dwar żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2);

(ii)

ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1); u

(iii)

informazzjoni konċiża dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 10(2) u (3), inkluż informazzjoni dwar it-tip ta’ miżuri meħuda, u l-progress magħmul, skont il-punt (f) tal-Artikolu 10(3);

(c)

jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ data li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ, f’każijiet fejn jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I, miġbura skont l-Artikoli 9 u 13 u informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 14;

(d)

jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li kkawżaw riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ jew le xi nuqqas fl-ilħiq tal-valuri parametriċi, li jkun dam għal aktar minn 10 ijiem konsekuttivi u li jkun affettwa mill-inqas 1 000 persuna, inkluż il-kawżi ta’ dawk l-inċidenti u l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 14; u

(e)

jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar id-derogi kollha mogħtija f’konformità mal-Artikolu 15(1), inkluż l-informazzjoni pprovduta fl-Artikolu 15(2).

Fejn possibbli, għall-preżentazzjoni tas-settijiet ta’ data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jintużaw servizzi ta’ data spazjali kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-EEA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-EEA għandha tippubblika deskrizzjoni ġenerali dwar l-Unjoni kollha abbażi tad-data miġbura mill-Istati Membri fuq bażi regolari jew fuq talba tal-Kummissjoni.

Id-deskrizzjoni ġenerali madwar l-Unjoni kollha għandha tinkludi, skont kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatt ta’ din id-Direttiva, mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u rapporti ġenerali tal-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format, u l-modalitajiet għall-preżentazzjoni, tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 3, inkluż rekwiżiti dettaljati dwar l-indikaturi, il-mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u r-rapporti ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll l-arranġamenti dettaljati għall-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22.

5.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan l-Artikolu għal kwalunkwe raġuni msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2007/2/KE.

Artikolu 19

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, sal-12 ta’ Jannar 2035, għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

is-settijiet ta’ data mingħand l-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 18(1) u d-deskrizzjonijiet ġenerali dwar l-Unjoni kollha kkompilati mill-EEA f’konformità mal-Artikolu 18(3);

(c)

id-data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;

(d)

ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO, fejn dawn ikunu disponibbli.

2.   Fil-kuntest tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti li ġejjin:

(a)

l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fl-Artikolu 7;

(b)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, stabbiliti fl-Artikolu 16;

(c)

id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 17 u l-Anness IV.

3.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-12 ta’ Jannar 2029, u wara dan meta jkun xieraq, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-theddida potenzjali minn mikroplastiċi, prodotti farmaċewtiċi u, jekk ikun meħtieġ, kontaminanti oħra ta’ tħassib emerġenti u dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa rilevanti.

Artikolu 20

Reviżjoni u emendar tal-Annessi

1.   Tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Annessi I u II fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku kif ukoll tal-approċċ tal-Istati Membri bbażat fuq ir-riskju għas-sigurtà tal-ilma li jinsab fis-settijiet tad-data stabbiliti skont l-Artikolu 18 u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġislattiva għal din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21 sabiex temenda l-Anness III fejn meħtieġ biex tadattah għall-progress xjentifiku u tekniku.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 sabiex temenda l-valur parametriku tal-Bisfenol A fil-parti B tal-Anness I, sal-punt meħtieġ biex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku, essenzjalment abbażi tar-rieżami kontinwu mwettaq mill-EFSA.

Artikolu 21

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 11(5), 11(8), 11(11), 13(6) u 20(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-12 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3), 11(5), 11(8), 11(11), 13(6) u 20(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il- prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 11(5), 11(8), 11(11), 13(6) u 20(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 22

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sat-12 ta’ Jannar 2023, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffettwawhom.

Artikolu 24

Trasposizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jibdew idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 18, l-Artikolu 23 u mal-Annessi I sa V sat-12 ta’ Jannar 2023. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Perijodu tranżitorju

1.   Sal-12 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal Bisfenol A, Klorat, Klorit, Aċidi Aloaċetiċi, Mikroċistina-LR, total ta’ PFAS, Somma ta’ PFASs u Uranju.

2.   Sal-12 ta’ Jannar 2026, il-fornituri tal-ilma ma għandhomx ikunu obbligati jwettqu monitoraġġ tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 għall-parametri elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 26

Tħassir

1.   Id-Direttiva 98/83/KE, kif emendata bl-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness VI, hija mħassra b’effett mit-13 ta’ Jannar 2023, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VI.

Ir-Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

2.   Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom japplikaw fit-12 ta’ Jannar 2023 għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem id-durata tagħhom. Dawn jistgħu jiġġeddu f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva biss f’każ li ma tkunx għadha ngħatat it-tieni deroga. Id-dritt li titlob lill-Kummissjoni tielet deroga f’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 98/83/KE għandu jibqa’ japplika għat-tieni derogi li għadhom applikabbli fit-12 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Lil Min hi Indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.

(2)   ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-23 ta’ Ottubru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(5)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(6)  Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

(7)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6).

(10)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(17)   ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99.

(18)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(19)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(20)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(21)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(22)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/881 tat-18 ta’ Ġunju 2018 li titlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-kawża ACCC/C/2008/32 u, jekk adatt fid-dawl tar-riżultati tal-istudju, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 6).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali. (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(27)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(28)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

(29)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(30)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(31)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS I

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI VVALUTATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Enterokokki intestinali

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml

Escherichia coli (E.coli)

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml

PARTI B

Parametri kimiċi

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Akrilammid

0,10

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,10 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Antimonju

10

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benżen

1,0

μg/l

 

Benżo(a)piren

0,010

μg/l

 

Bisfenol A

2,5

μg/l

 

Boron

1,5

mg/l

Valur parametriku ta’ 2,4 mg/l għandu jiġi applikat meta l-ilma desalinat ikun is-sors predominanti tal-ilma tas-sistema ta’ provvista kkonċernata jew f’reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ġeoloġiċi jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ boron fl-ilma ta’ taħt l-art.

Bromat

10

μg/l

 

Kadmju

5,0

μg/l

 

Klorat

0,25

mg/l

Għandu jiġi applikat valur parametriku ta’ 0,70 mg/l meta, għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jintuża metodu ta’ diżinfezzjoni li jiġġenera l-klorat, b’mod partikolari d-diossidu tal-kloru. Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx. Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk jintużaw tali metodi ta’ diżinfezzjoni.

Klorit

0,25

mg/l

Għandu jiġi applikat valur parametriku ta’ 0,70 mg/l meta, għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jintuża metodu ta’ diżinfezzjoni li jiġġenera l-klorit, b’mod partikolari d-diossidu tal-kloru.

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk jintużaw tali metodi ta’ diżinfezzjoni.

Kromju

25

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 25 μg/l għandu jintlaħaq mhux iktar tard mit-12 ta’ Jannar 2036. Il-valur parametriku għall-kromu sa dik id-data għandu jkun ta’ 50 μg/l.

Ram

2,0

mg/l

 

Ċjanur

50

μg/l

 

1,2-dikloroetan

3,0

μg/l

 

Epikloroidrin

0,10

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,10 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Fluworur

1,5

mg/l

 

Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)

60

μg/l

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss meta jintużaw il-metodi ta’ diżinfezzjoni li jistgħu jiġġeneraw HAAs għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Huwa l-għadd totali tal-ħames sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, u aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 5 μg/l għandu jintlaħaq, mhux iktar tard mit-12 ta’ Jannar 2036. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data għandu jkun ta’ 10 μg/l.

 

 

 

Wara dik id-data, il-valur parametriku ta’ 5 μg/l għandu jiġi ssodisfat tal-anqas fil-punt tal-provvista lis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), għandu japplika l-valur parametriku ta’ 5 μg/l fil-vit.

Merkurju

1,0

μg/l

 

Mikroċistina-LR

1,0

μg/l

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss fil-każ ta’ proliferazzjoni potenzjali fl-ilma tas-sors (tkabbir tad-densità ċellulari taċ-ċjanobatterji jew il-potenzjal tal-formazzjoni tal-proliferazzjoni).

Nikil

20

μg/l

 

Nitrat

50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur parametriku ta’ 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Nitrit

0,50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur parametriku ta’ 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Pestiċidi

0,10

μg/l

“Pestiċidi” tfisser:

insettiċidi organiċi,

erbiċidi organiċi,

fungiċidi organiċi,

nematoċidi organiċi,

akariċidi organiċi,

algiċidi organiċi,

rodentiċidi organiċi

slimiċidi organiċi,

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir),

u l-metaboliti tagħhom kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li huma meqjusa rilevanti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Metabolit pestiċida għandu jkun meqjus bħala rilevanti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jekk ikun hemm raġuni biex jitqies li għandu proprjetajiet intrinsiċi li jistgħu jitqabblu ma’ dawk tas-sustanza oriġinarja f’termini tal-attività pestiċida fil-mira tiegħu jew li minnu nnifsu jew mill-prodotti ttrasformati tiegħu jiġġenera/w riskju għas-saħħa għall-konsumaturi.

 

 

 

Il-valur parametriku ta’ 10 μg/l għandu japplika għal kull pestiċida individwali.

Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku għandu jkun ta’ 0,030 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu valur ta’ gwida għall-ġestjoni tal-preżenza ta’ metaboliti mhux rilevanti tal-pestiċidi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Għandhom jiġu mmonitorjati biss il-pestiċidi li x’aktarx jinstabu fi provvista partikolari.

Abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi bażi tad-data ta’ pestiċidi u l-metaboliti rilevanti tagħhom, b’kont meħud tal-preżenza possibbli tagħhom fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

PestiċidiTotal

0,50

μg/l

“Pestiċidi Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

PFAS Total

0,50

μg/l

“PFAS Total” tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati.

Dan il-valur parametriku għandu japplika biss ladarba jiġu żviluppati linji gwida tekniċi għall-monitoraġġ ta’ dan il-parametru f’konformità mal-Artikolu 13(7). L-Istati Membri jistgħu mbagħad jiddeċiedu li jużaw il-parametri “PFAS Total” jew “Għadd ta’ PFAS”.

Għadd ta’ PFAS

0,10

μg/l

“Għadd ta’ PFAS” tfisser l-għadd tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati meqjusa bħala ta’ tħassib fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III. Dan hu subsett ta’ sustanzi “PFAS Total” li fihom frazzjoni ta’ perfluworoalkilati bi tliet karboni jew aktar (jiġifieri –CnF2n–, n ≥ 3) jew frazzjoni ta’ perfluworoalkiletere b’żewġ karboni jew aktar (jiġifieri –CnF2nOCmF2 m–, n u m ≥ 1).

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

0,10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren.

Selenju

20

μg/l

Għandu jkun applikat valur parametriku ta’ 30 μg/l għal reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ġeoloġiċi jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ selenju fl-ilma ta’ taħt l-art.

Tetrakloroeten u Trikloroeten

10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ parametri.

Triħalometani Total

100

μg/l

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur parametriku aktar baxx.

Huwa l-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan u bromodiklorometan.

Uranju

30

μg/l

 

Klorur tal-vinil

0,50

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,50 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

PARTI C

Parametri indikaturi

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Aluminju

200

μg/l

 

Ammonju

0,50

mg/l

 

Klorur

250

mg/l

L-ilma ma għandux ikun korrożiv.

Clostridium perfringens inkluż l-ispori

0

numru/100 ml

Dan il-parametru għandu jitkejjel jekk il-valutazzjoni tar-riskju tindika li huwa xieraq li dan isir.

Kulur

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

Konduttività

2 500

μS cm-1 f’temperatura ta’ 20 °C

L-ilma ma għandux ikun aggressiv.

Konċentrazzjoni b’joni tal-idroġenu

≥ 6,5 u ≤ 9,5

unitajiet ta’ pH

L-ilma ma għandux ikun aggressiv.

Fil-każ tal-ilma bla gass fil-fliexken jew fir-reċipjenti, il-valur minimu jista’ jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta’ pH. Fil-każ tal-ilma fil-fliexken jew fir-reċipjenti li huwa arrikkit b’mod naturali jew artifiċjali bid-diossidu tal-karbonju, il-valur minimu jista’ jkun aktar baxx.

Ħadid

200

μg/l

 

Manganiż

50

μg/l

 

Riħa

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

Ossidabbiltà

5,0

mg/l O2

Dan il-parametru ma għandux għalfejn jitkejjel jekk jiġi analizzat il-parametru TOC.

Sulfat

250

mg/l

L-ilma ma għandux ikun korrożiv.

Sodju

200

mg/l

 

Togħma

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

L-għadd tal-kolonji f’temperatura ta’ 22o C

Ebda bidla anormali

 

 

Batterji koliformi

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fil-fliexken jew ir-reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml.

Karbonju organiku totali (TOC)

Ebda bidla anormali

 

Dan il-parametru ma għandux għalfejn jitkejjel għal provvisti ta’ anqas minn 10 000 m3 kuljum.

Turbidità

Aċċettabbli għal konsumaturi u ebda bidla anormali

 

 

L-ilma ma għandux ikun aggressiv jew korrożiv. Dan japplika b’mod partikolari għall-ilma li jkun qed isirlu trattament (demineralizzazzjoni, trattib, trattament tal-membrana, osmosi inversa, eċċ.).

Meta l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jirriżulta minn trattament li jiddemineralizza jew irattab b’mod sinifikanti l-ilma, jistgħu jiġu miżjuda mluħa tal-kalċju u tal-manjeżju biex l-ilma jiġi kkondizzjonat sabiex jitnaqqas kwalunkwe impatt negattiv possibbli fuq is-saħħa, kif ukoll sabiex titnaqqas il-korrożjoni jew l-aggressività tal-ilma u biex tittejjeb it-togħma. Jistgħu jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet minimi tal-kalċju u l-manjeżju jew it-total tas-solidi dissolti fl-ilma mrattab jew demineralizzat b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-ilma li jidħol f’dawk il-proċessi.

PARTI D

Parametri rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Legionella

< 1 000

CFU/l

Dan il-valur parametriku huwa stabbilit għall-finijiet tal-Artikoli 10 u 14. Azzjonijiet previsti f’dawk l-Artikoli jistgħu jitqiesu anke meta l-valur huwa taħt il-valur parametriku, eż. f’każ ta’ infezzjonijiet u tifqigħat. F’tali każijiet, għandu jiġi kkonfermat is-sors tal-infezzjoni u l-ispeċijiet ta’ Legionella għandhom jiġu identifikati.

Ċomb

10

μg/l

Dan il-valur parametriku huwa stabbilit għall-finijiet tal-Artikoli 10 u 14.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiksbu l-valur aktar baxx ta’ 5 μg/l sat-12 ta’ Jannar 2036.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


ANNESS II

MONITORAĠĠ

PARTI A

L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta’ monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.

Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 13(2) għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom:

(a)

jivverifikaw li l-miżuri fis-seħħ għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem tul il-katina tal-provvista tal-ilma miż-żona tal-astrazzjoni permezz tat-trattament u l-ħżin sad-distribuzzjoni qed jaħdmu b’mod effettiv u li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-punt tal-konformità jkun tajjeb u nadif;

(b)

jagħtu informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fornut għall-konsum mill-bniedem biex juru li l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 u l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 huma ssodisfati;

(c)

jidentifikaw l-aktar mezzi xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem.

2.

Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 13(2) għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a)

ġbir u analiżi ta’ kampjuni diskreti tal-ilma;

(b)

kejl irreġistrat permezz ta’ proċess kontinwu ta’ monitoraġġ.

Barra minn hekk, il-programmi ta’ monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:

(a)

spezzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet tal-funzjonalità u l-manteniment tal-istatus tal-apparat;

(b)

spezzjonijiet taż-żona tal-astrazzjoni, u tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni, it-trattament u l-ħżin, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ previsti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1).

3.

Il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu wkoll programm ta’ monitoraġġ operazzjonali li jipprovdi għarfien immedjat dwar il-prestazzjoni operattiva u dwar problemi relatati mal-kwalità tal-ilma u li jippermetti li tittieħed azzjoni korrettiva rapida ppjanata minn qabel. Tali programmi ta’ monitoraġġ operazzjonali għandhom ikunu speċifiċi għall-provvista, filwaqt li jqisu l-eżiti tal-identifikazzjoni tal-perikli u l-avvenimenti perikolużi u l-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, u għandhom ikunu maħsubin biex jikkonfermaw l-effettività tal-miżuri kollha ta’ kontroll b’rabta mal-astrazzjoni, it-trattament, id-distribuzzjoni u l-ħżin.

Il-programm ta’ monitoraġġ operazzjonali għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-parametru tat-‘turbidità’ fl-impjant tal-provvista tal-ilma sabiex jikkontrolla b’mod regolari l-effikaċja tat-tneħħija b’mod fiżiku permezz ta’ proċessi ta’ filtrazzjoni, f’konformità mal-valuri ta’ referenza u l-frekwenzi indikati fit-tabella li ġejja (mhux applikabbli għas-sorsi ta’ ilma ta’ taħt l-art fejn it-turbidità hija kkawżata mill-ħadid u l-manganiż):

Parametru operazzjonali

Valur ta’ referenza

Turbidità

0,3 NTU f’95 % tal-kampjuni u ebda wieħed ma jaqbeż 1 NTU

Volum (m3) ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ forniment

Frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi

≤ 1 000

Kull ġimgħa

> 1 000 sa ≤ 10 000

Kuljum

> 10 000

Kontinwu

Il-programm ta’ monitoraġġ operazzjonali għandu jinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-parametri li ġejjin f’ilma mhux trattat biex tiġi kkontrollata l-effikaċja tal-proċessi ta’ trattament kontra r-riskji mikrobijoloġiċi:

Parametru operazzjonali

Valur ta’ referenza

Unità

Noti

Kolifaġi somatiċi

50 (għall-ilma mhux trattat)

Unitajiet li Jifformaw Plakka (PFU)/100 ml

Dan il-parametru għandu jitkejjel jekk il-valutazzjoni tar-riskju tindika li huwa xieraq li dan isir. Jekk jinsab f’ilma mhux trattat f’konċentrazzjonijiet ta’ > 50 PFU/100 ml, għandu jiġi analizzat wara l-passi tas-sekwenza ta’ trattament sabiex tiġi determinata t-tneħħija (f’log) permezz tal-ostakli fis-seħħ u biex jiġi vvalutat jekk ir-riskju ta’ tifqigħa ta’ virus patoġeniċi huwiex suffiċjentement taħt kontroll.

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta’ monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati tal-anqas kull sitt snin.

Parti B

Parametri u frekwenzi ta’ kampjunar

1.

Lista ta’ parametri

Grupp A

Il-parametri li ġejjin (il-Grupp A) għandhom jiġu ssorveljati skont il-frekwenzi ta’ monitoraġġ kif stipulat fit-Tabella 1 tal-punt 2:

(a)

Escherichia coli (E. Coli), enterokokki intestinali, batterji koliformi, l-għadd tal-kolonji f’temperatura ta’ 22 °C, kulur, turbidità, togħma, riħa, pH u konduttività;

(b)

parametri oħra identifikati bħala rilevanti fil-programm ta’ monitoraġġ, skont l-Artikolu 5(3) u, fejn rilevanti, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista kif stipulat fl-Artikolu 9 u fil-Parti C tal-Anness.

F’ċirkostanzi speċifiċi, il-parametri li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-parametri tal-Grupp A:

(a)

ammonju u nitrit, jekk tintuża l-kloraminazzjoni;

(b)

aluminju u ħadid, jekk jintużaw bħala sustanzi kimiċi għat-trattament tal-ilma.

Escherichia coli (E. coli) u enterokokki intestinali huma meqjusa bħala “parametri ewlenin” u l-frekwenzi fil-monitoraġġ tagħhomma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ tnaqqis minħabba valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista skont l-Artikolu 9 u l-Parti C ta’ dan l-Anness. Dawn għandhom dejjem ikunu mmonitorjati tal-inqas skont il-frekwenzi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2.

Grupp B

Sabiex tiġi determinata l-konformità mal-valuri parametriċi kollha stipulati f’din id-Direttiva, kull parametru ieħor mhux analizzat taħt il-Grupp A u stabbilit f’konformità mal-Artikolu 5, ħlief għall-parametri fil-Parti D tal-Anness I, għandhom jiġu mmonitorjati tal-anqas skont il-frekwenzi stipulati fit-Tabella 1 tal-punt 2, sakemm ma tiġix determinata frekwenza ta’ kampjunar differenti abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista mwettqa f’konformità mal-Artikolu 9 u l-Parti C ta’ dan l-Anness.

2.

Il-frekwenza tal-kampjunar

Tabella 1. Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità

Volum ta’ ilma mqassam jew prodott għal kull ġurnata f’żona ta’ forniment

(Ara n-Noti 1 u 2) m3

Parametri tal-Grupp A

għadd ta’ kampjuni kull sena

Parametri tal-Grupp B

għadd ta’ kampjuni kull sena

 

< 10

> 0 (Ara n-Nota 4)

> 0 (Ara n-Nota 4)

≥ 10

≤ 100

2

1 (Ara n-Nota 5)

> 100

≤ 1 000

4

1

> 1 000

≤ 10 000

4 għall-ewwel 1 000 m3/ġurnata

+ 3 għal kull 1000 m3/ġurnata addizzjonali u parti minnu tal-volum totali

(Ara n-Nota 3)

1 għall-ewwel 1 000 m3/ġurnata

+ 1 għal kull 4500 m3/ġurnata addizzjonali u parti minnu tal-volum totali

(Ara n-Nota 3)

> 10 000

≤ 100 000

3 għall-ewwel 10000 m3/ġurnata

+ 1 għal kull 10000 m3/ġurnata addizzjonali u parti minnu tal-volum totali

(Ara n-Nota 3)

> 100 000

 

12 għall-ewwel 100 000 m3/ġurnata

+ 1 għal kull 25000 m3/ġurnata addizzjonali u parti minnu tal-volum totali

(Ara n-Nota 3)

Nota 1:

Żona ta’ forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista’ titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2:

Il-volumi huma kkalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista’ jintuża l-għadd ta’ abitanti f’żona ta’ forniment minflok il-volum ta’ ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta’ ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3:

Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: eż. 4 300 m3/ġurnata = 16-il kampjun għall-parametri tal-Grupp A (erbgħa għall-ewwel 1000 m3/ġurnata + 12 għat-3 300 m3/ġurnata addizzjonali).

Nota 4:

Għall-fornituri tal-ilma, meta ma tkunx ingħatat eżenzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-frekwenza minima tal-kampjunar għall-parametri tal-Gruppi A u B, dment li l-parametri ewlenin jiġu monitorjati mill-inqas darba fis-sena.

Nota 5:

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-kampjunar dment li l-parametri kollha stabbiliti f’konformità mal-artikolu 5 jiġu mmonitorjati mill-inqas darba kull sitt snin u jiġu mmonitorjati f’każijiet fejn jiġi integrat sors ġdid tal-ilma fis-sistema tal-provvista tal-ilma jew isir tibdil f’dik is-sistema, u b’riżultat ta’ dan hu mistenni impatt potenzjalment negattiv fuq il-kwalità tal-ilma.

PARTI C

Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista

1.

Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ għandha tiġi estiża u l-frekwenzi tal-kampjunar stabbiliti fil-Parti B għandhom jiżdiedu, fejn hija ssodisfata kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-lista tal-parametri jew tal-frekwenzi stipulata f’dan l-Anness mhijiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti skont l-Artikolu 13(1);

(b)

huwa meħtieġ monitoraġġ addizzjonali għall-finijiet tal-Artikolu 13(5);

(c)

huwa meħtieġ li jingħataw l-assigurazzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-punt 1 tal-Parti A;

(d)

huwa meħtieġ li l-frekwenzi tal-kampjunar jiżdiedu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4).

2.

Bħala riżultat ta’ valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista, il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B jistgħu jitnaqqsu dment li jiġu ssodisfati il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-post u l-frekwenza tal-kampjunar huma ddeterminati b’rabta mal-oriġini tal-parametri, kif ukoll mal-varjabbiltà ta’ u x-xejra fuq termini twal dwar il-konċentrazzjoni tagħhom, b’kont meħud tal-Artikolu 6;

(b)

fir-rigward tat-tnaqqis fil-frekwenza minima tal-kampjunar ta’ parametru, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f’intervalli regolari fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin, minn punti ta’ kampjunar li jirrappreżentaw iż-żona kollha ta’ forniment, huma kollha anqas minn 60 % tal-valur parametriku;

(c)

fir-rigward tat-tneħħija ta’ parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f’intervalli regolari fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin, minn punti ta’ kampjunar li jirrappreżentaw iż-żona kollha ta’ forniment, huma kollha anqas minn 30 % tal-valur parametriku;

(d)

fir-rigward tat-tneħħija ta’ parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju li tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ tas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li jikkonfermaw li s-saħħa tal-bniedem hija protetta minn kull effett ħażin ta’ kontaminazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 1;

(e)

fir-rigward tat-tnaqqis fil-frekwenza tal-kampjunar ta’ parametru jew it-tneħħija ta’ parametru mil-lista ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, il-valutazzjoni tar-riskju tikkonferma li ma jista’ jiġi antiċipat l-ebda fattur li jista’ jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Meta r-riżultati tal-monitoraġġ, li juru li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (2)(b) sa (2)(e) ikunu ġew issodisfati, ikunu diġà disponibbli mit-12 ta’ Jannar 2021, dawk ir-riżultati tal-monitoraġġ jistgħu, minn dik id-data, jintużaw biex il-monitoraġġ jiġi adattat skont il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista.

Fejn ikunu diġà ġew implimentati aġġustamenti għall-monitoraġġ b’segwitu għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista skont, fost l-oħrajn, il-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 98/83/KE, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li tiġi kkonfermata l-validità tagħhom mingħajr ma jkun rikjest monitoraġġ skont il-punti 2(b) u 2(c) tul perijodu ulterjuri ta’ mill-inqas tliet snin minn punti rappreżentattivi taż-żona kollha tal-provvista.

PARTI D

Il-metodi u l-punti tal-kampjunar

1.

Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b’mod li jassiguraw il-konformità mal- Artikolu 6(1). F’każ ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni, Stat Membru jista’ jieħu kampjuni fiż-żona ta’ forniment jew mix-xogħlijiet ta’ trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista’ jintwera li mhux ser jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta’ kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post.

2.

Il-kampjunar fil-punt ta’ konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:

(a)

il-kampjuni tal-konformità għal ċerti parametri kimiċi, b’mod partikolari r-ram, iċ-ċomb, u n-nikil, għandhom jittieħdu mill-viti tal-konsumaturi mingħajr ifflaxxjar minn qabel. Għandu jittieħed kampjun aleatorju b’volum ta’ litru matul il-ġurnata. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta’ żmien fiss ta’ staġnar li jirriflettu s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom, bħall-konsum medju ta’ kull ġimgħa mill-konsumatur, sakemm fil-livell taż-żona ta’ forniment, dan ma jirriżultax f’każijiet anqas ta’ nuqqas ta’ konformità minn meta jintuża l-metodu aleatorju ta’ matul il-ġurnata;

(b)

il-kampjuni ta’ konformità għall-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta’ konformità għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġġati skont EN ISO 19458, l-iskop B tal-kampjunar.

3.

Il-kampjuni tal-Legionella f’sistemi ta’ distribuzzjoni domestika għandhom jittieħdu f’punti ta’ riskju għall-proliferazzjoni tal-Legionella, punti rappreżentattivi għall-esponiment sistematiku għal-Legionella, jew it-tnejn. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida għal metodi ta’ kampjunar għal-Legionella.

4.

Il-kampjunar fin-netwerk ta’ distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-viti tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjuni fin-netwerk ta’ distribuzzjoni għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġġati skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar.

ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA’ PARAMETRI

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta’ analiżi użati għall-finijiet ta’ monitoraġġ u dimostrazzjoni tal-konformità ma’ din id-Direttiva, b’eċċezzjoni għat-turbidità, huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma’ laboratorji japplikaw prattiki ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ metodi alternattivi mal-metodi stabbiliti f’dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istandard EN ISO 17994, stabbilit bħala l-istandard għall-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi, jew l-istandard EN ISO 16140 jew kwalunkwe protokoll ieħor simili aċċettat fuq livell internazzjonali, sabiex jistabbilixxu l-ekwivalenza ta’ metodi bbażati fuq prinċipji oħra għajr il-kultura, li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-EN ISO 17994.

Fin-nuqqas ta’ metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi b’metodi tal-analiżi speċifikati għalihom

Il-metodi tal-analiżi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:

(a)

Escherichia coli (E. coli) u batterji koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2);

(b)

enterokokki intestinali (EN ISO 7899-2);

(c)

l-għadd tal-kolonji jew l-għadd tal-kolonji eterotrofiċi f’temperatura ta’ 22 °C (EN ISO 6222);

(d)

Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189);

(e)

Legionella (EN ISO 11731 għal konformità mal-valur fil- Parti D tal-Anness I);

għal monitoraġġ tal-verifika bbażata fuq ir-riskju u biex jiġu kkumplimentati metodi ta’ kultura, jistgħu jintużaw ukoll metodi, bħall-ISO/TS 12869, metodi ta’ kultura rapida, metodi mhux ibbażati fuq il-kultura, u metodi bbażati fuq il-molekuli, b’mod partikolari l-qPCR;

(f)

kolifaġi somatiċi

għal monitoraġġ operazzjonali, jista’ jintuża l-Parti A tal-Anness II, EN ISO 10705-2, u EN ISO 10705-3.

PARTI B

Parametri kimiċi u parametri indikaturi b’karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom

1.   Parametri kimiċi u parametri indikaturi

Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness, il-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b’limitu ta’ kwantifikazzjoni, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE (1), ta’ 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta’ mill-anqas l-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku msemmi fil-Partijiet B u C tal-Anness I għal din id-Direttiva.

L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I.

Tabella 1. Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni “Inċertezza tal-kejl”

Parametri

Inċertezzi tal-kejl

(Ara n-Nota 1)

% tal-valur parametriku (barra l-pH)

Noti

Aluminju

25

 

Ammonju

40

 

Akrilammid

30

 

Antimonju

40

 

Arseniku

30

 

Benżo(a)piren

50

Ara n-Nota 2

Benżen

40

 

Bisfenol A

50

 

Boron

25

 

Bromat

40

 

Kadmju

25

 

Klorur

15

 

Klorat

40

 

Klorit

40

 

Kromu

30

 

Ram

25

 

Ċjanur

30

Ara n-Nota 3

1,2-dikloroetan

40

 

Epikloroidrin

30

 

Fluworur

20

 

HAAs

50

 

Konċentrazzjoni tal-pH b’jioni tal-idroġenu

0,2

Ara n-Nota 4

Ħadid

30

 

Ċomb

30

 

Manganiż

30

 

Merkurju

30

 

Mikroċistina-LR

30

 

Nikil

25

 

Nitrat

15

 

Nitrit

20

 

Ossidabbiltà

50

Ara n-Nota 5

Pestiċidi

30

Ara n-Nota 6

PFAS

50

 

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

40

Ara n-Nota 7

Selenju

40

 

Sodju

15

 

Sulfat

15

 

Tetrakloroeten

40

Ara n-Nota 8

Trikloroeten

40

Ara n-Nota 8

Trialometani — total

40

Ara n-Nota 7

Karbonju organiku totali (TOC)

30

Ara n-Nota 9

Turbidità

30

Ara n-Nota 10

Uranju

30

 

Klorur tal-vinil

50

 

2.   Noti għat- Tabella 1

Nota 1

:

L-inċertezza tal-kejl hija parametru mhux negattiv li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri ta’ kwantità attribwiti għal mikjel u bbażat fuq l-informazzjoni li ntużat. Il-kriterju tal-prestazzjoni għall-kejl tal-inċertezza (k = 2) huwa l-persentaġġ tal-valur parametriku msemmi fit-tabella jew kwalunkwe valur aktar strett. L-inċertezza tal-kejl għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-valur parametriku, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Nota 2

:

Jekk il-valur tal-inċertezza tal-kejl ma jistax jiġi ssodisfat, għandha tingħażel l-aħjar teknika disponibbli (sa 60 %).

Nota 3

:

Il-metodu għandu jistabilixxi t-total ta’ ċjanur fil-forom kollha.

Nota 4

:

Il-valur għall-inċertezza tal-kejl huwa espress f’unitajiet ta’ pH.

Nota 5

:

Metodu ta’ referenza: EN ISO 8467.

Nota 6

:

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni għal pestiċidi individwali jingħataw bħala indikazzjoni. Jistgħu jinkisbu valuri tal-inċertezza tal-kejl baxxi sa 30 % għal diversi pestiċidi, filwaqt li jistgħu jiġu permessi valuri għolja sa 80 % għal għadd ta’ pestiċidi.

Nota 7

:

Il-karatteristiċi ta’ prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f’25 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 8

:

Il-karatteristiċi ta’ prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f’50 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 9

:

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi stmata fil-livell ta’ 3 mg/l tat-total ta’ karbonju organiku (TOC). Il-linji gwida EN 1484 għad-determinazzjoni tat-TOC u tal-karbonju organiku dissolt (DOC) għandhom jintużaw għall-ispeċifikazzjoni tal-inċertezza tal-metodu ta’ ttestjar.

Nota 10

:

L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi stmata fil-livell ta’ 1.0 NTU (unitajiet ta’ turbidità nefelometrika), skont l-EN ISO 7027 jew metodu standard ekwivalenti ieħor.

3.   Għadd ta’ PFAS

Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7):

Aċidu perfluworobutanojku (PFBA)

Aċidu perfluworopentanojku (PFPA)

Aċidu perfluworoeżanojku (PFHxA)

Aċidu perfluworoeptanojku (PFHpA)

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA)

Aċidu perfluworononanojku (PFNA)

Aċidu perfluworodekanojku (PFDA)

Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA)

Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA)

Aċidu perfluworotridekanojku(PFTrDA)

Aċidu perfluworobutan sulfoniku (PFBS)

Aċidu perfluworopentan sulfoniku (PFPS)

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS)

Aċidu perfluworoeptan sulfoniku (PFHpS)

Aċidu perfluworoottan sulfoniku (PFOS)

Aċidu perfluworononan sulfoniku (PFNS)

Aċidu perfluworodekan sulfoniku (PFDS)

Aċidu perfluworoundekan sulfoniku

Aċidu perfluworododekan sulfoniku

Aċidu perfluworotrideka nsulfoniku

Dawk is-sustanzi għandhom jiġu mmonitorjati meta l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni li jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 8 jikkonkludu li huwa probabbli li dawk is-sustanzi jkunu preżenti fi provvista determinata tal-ilma.


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).


ANNESS IV

INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU

L-informazzjoni fil-punti li ġejjin għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, b’mod personalizzat u faċli għall-utent, u l-konsumaturi jistgħu jiksbu aċċess għal dik l-informazzjoni b’mezzi oħra fuq talba ġustifikata:

(1)

identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti, iż-żona u n-numru ta’ persuni fornuti, u l-metodu ta’ produzzjoni tal-ilma, inkluż informazzjoni ġenerali dwar it-tipi ta’ trattament u diżinfettazzjoni tal-ilma applikati; l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan ir-rekwiżit f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2007/2/KE;

(2)

l-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għall-parametri elenkati fil-Parti A, B u C tal-Anness I, inkluż il-monitoraġġ tal-frekwenza, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5; ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx ikollhom iktar minn sena, ħlief fejn il-frekwenza tal-monitoraġġ stabbilita minn din id-Direttiva tippermetti xort’oħra;

(3)

informazzjoni dwar il-parametri li ġejjin li mhumiex elenkati fil-Parti C tal-Anness I u l-valuri assoċjati:

(a)

ebusija;

(b)

minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:

kalċju Ca;

manjeżju Mg;

potassju K;

(4)

f’każ ta’ periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem skont kif ikun determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew korpi rilevanti oħrajn wara li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u relatati mal-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;

(5)

informazzjoni rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista;

(6)

pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma meta jkun xieraq, kif jużaw l-ilma b’mod responsabbli skont il-kundizzjonijiet lokali u kif jevitaw riskji għas-saħħa minħabba ilma qiegħed;

(7)

għal fornituri tal-ilma li jfornu mill-inqas 10 000 m3 kuljum jew li jservu mill-inqas 50 000 persuna, informazzjoni annwali dwar:

(a)

il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f’termini ta’ effiċjenza, u rati ta’ tnixxija, ladarba dik l-informazzjoni tkun disponibbli u mhux aktar tard mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3);

(b)

l-istruttura ta’ sjieda tal-provvista tal-ilma mill-fornitur tal-ilma

(c)

fejn l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta’ sistema tariffarja, informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma, inkluż l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli u l-ispejjeż relatati ma’ miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 16, fejn dawn il-miżuri jkunu ttieħdu mill-fornituri tal-ilma;

(d)

fejn ikunu disponibbli, sommarju u statistika dwar l-ilmenti tal-konsumaturi li jkunu rċevew il-fornituri tal-ilma dwar kwistjonijiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(8)

fuq talba ġustifikata, il-konsumaturi għandom jingħataw aċċess għal data storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perijodu sa għaxar snin, jekk tkun disponibbli, u mhux iktar kmieni mit-13 ta’ Jannar 2023.


ANNESS V

PRINĊIPJI GĦALL-ISTABBILIMENT TA’ METODOLOĠIJI KOMUNI MSEMMIJA fl-ARTIKOLU 11

Gruppi ta’ materjali

1.

Materjal organiku

Il-materjali organiċi għandhom ikunu magħmulin biss minn:

(a)

is-sustanzi inizjali elenkati fil-lista pożittiva Ewropea ta’ sustanzi inizjali li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2); u

(b)

sustanzi li fir-rigward tagħhom ma jista’ jkun hemm l-ebda possibbiltà’ li s-sustanza u l-prodotti ta’ reazzjoni tagħha jkunu preżenti f’livelli li jaqbżu 0,1 μg/l fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, sakemm għal sustanzi speċifiċi ma jkunx meħtieġ valur aktar strett b’kont meħud tat-tossiċità tagħhom.

Il-materjali organiċi għandhom jiġu ttestjati skont it-Tabella 1 f’konformità mal-metodi għall-ittestjar speċifikati fl-istandards Ewropej rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ dawn, metodu rikonoxxut fil-livell internazzjonali jew nazzjonali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati hemmhekk. Għal dan l-għan, ir-riżultati tat-testijiet f’termini ta’ migrazzjoni tas-sustanzi għandhom jiġu kkonvertiti f’livelli stmati fil-vit.

2.

Materjal metalliku

Għandhom jintużaw biss il-materjali metalliċi inklużi fil-lista pożittiva Ewropea ta’ kompożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2). Għandha tinżamm konformità mal-limitazzjonijiet stipulati fil-lista pożittiva Ewropea fir-rigward tal-kompożizzjoni ta’ dawn il-materjali, l-użu tagħhom għal ċerti prodotti u l-użu ta’ dawn il-prodotti.

Il-materjali metalliċi għandhom jiġu ttestjati skont it-Tabella 1 f’konformità mal-metodi għall-ittestjar speċifikati fl-istandards Ewropej rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ dawn, metodu rikonoxxut fil-livell internazzjonali jew nazzjonali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati hemmhekk.

3.

Materjal tas-siment

Materjali tas-siment għandhom ikunu magħmulin biss minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kostitwenti organiċi elenkati fil-lista pożittiva Ewropea ta’ kostitwenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2);

(b)

kostitwenti organiċi li fir-rigward tagħhom m’hemm l-ebda possibbiltà li l-kostitwenti u l-prodotti ta’ reazzjoni tagħhom huma preżenti f’livelli li jaqbżu 0,1 μg/l fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; jew

(c)

kostitwenti mhux organiċi.

Il-materjali marbuta mas-siment għandhom jiġu ttestjati skont it-Tabella 1 f’konformità mal-metodi għall-ittestjar speċifikati fl-istandards Ewropej rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ dawn, metodu rikonoxxut fuq livell internazzjonali jew nazzjonali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati hemmhekk. Għal dan l-għan, ir-riżultati tat-testijiet f’termini ta’ migrazzjoni tas-sustanzi għandhom jiġu kkonvertiti f’livelli stmati fil-vit.

4.

Enamel u materjal taċ-ċeramika

L-enamel u l-materjali taċ-ċeramika għandhom ikunu magħmula biss minn sustanzi inizjali mill-lista pożittiva Ewropea ta’ kompożizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), wara li titwettaq valutazzjoni tal-elementi użati fil-kompożizzjoni ta’ dawn il-materjali.

L-enamel u l-materjali taċ-ċeramika għandhom jiġu ttestjati skont it-Tabella 1 f’konformità mal-metodi għall-ttestjar speċifikati fl-istandards Ewropej rilevanti jew, fin-nuqqas ta’ dawn, metodu rikonoxxut fil-livell internazzjonali jew nazzjonali u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati hemmhekk. Għal dan l-għan, ir-riżultati tat-testijiet f’termini ta’ migrazzjoni tas-sustanzi għandhom jiġu kkonvertiti f’livelli stmati fil-vit.

5.

Eċċezzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjal li jintuża f’komponenti minuri u komponenti mmuntati

Għal prodotti mmuntati: komponenti, partijiet u materjali minuri għandhom jiġu deskritti fid-dettall u l-ittestjar għandu jitnaqqas skont dan. Għal dan l-iskop, “minuri” tirreferi għal livell ta’ influwenza fuq il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li ma jeħtieġx l-ittestjar kollu.

Tabella 1. Ittestjar marbut ma’ tipi ta’ materjal

Kriterji

Organiku (Ara n-Nota 1)

Metalliku (Ara n-Nota 2)

Tas-siment

Enamel u materjal taċ-ċeramika

Listi pożittivi Ewropej

 

 

 

 

Lista pożittiva Ewropea ta’ sustanzi iniżjali għal materjal organiku

X

M.M.

X

M.M.

Lista pożittiva Ewropea ta’ kompożizzjonijiet metalliċi aċċettati

M.M.

X

M.M.

M.M.

Lista pożittiva Ewropea ta’ kostitwenti għal materjali tas-siment

M.M.

M.M.

X

M.M.

Lista pożittiva Ewropea ta’ kompożizzjonijiet għal enamel u materjali taċ-ċeramika

M.M.

M.M.

M.M.

X

Testijiet organolettiċi

 

 

 

 

Riħa u togħma

X

M.M.

X

M.M.

Kulur u Turbidità

X

M.M.

X

M.M.

Valutazzjonijiet ġenerali ta’ iġjene

 

 

 

 

Tnixxija tal-karbonju organiku totali

X

M.M.

X

M.M.

Residwi fil-wiċċ (metalli)

M.M.

X

M.M.

M.M.

Ittestjar tal-migrazzjoni

 

 

 

 

Parametri rilevanti ta’ din id-Direttiva

X

X

X

X

MTCtap tas-sustanzi PL

X

M.M.

X (ara n-Nota 3)

M.M.

Sustanzi mhux mistennija (GCMS)

X

M.M.

X (ara n-Nota 3)

M.M.

Konformità mal-listi ta’ kompożizzjoni

M.M.

X

M.M.

X

Żieda fit-tkabbir mikrobjali

X

M.M.

X (Ara n-Nota 3)

M.M.

M.M.:

Mhux meħtieġ

MTCtap:

Konċentrazzjoni tollerabbli massima fil-vit (derivata jew mill-opinjoni tal-ECHA għall-finijiet ta’ inklużjoni tas-sustanza fil-lista pożittiva Ewropea, jew ibbażata fuq limitu ta’ migrazzjoni speċifika stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 () u b’kunsiderazzjoni ta’ fattur ta’ allokazzjoni ta’ 10 % u konsum ta’ ilma ta’ żewġ litri kuljum)

GCMS:

Kromatografija tal-Gass - Spettrometrija tal-Massa (metodu ta’ skrinjar)

Nota 1:

Għandhom jiġu determinati eċċezzjonijiet speċifiċi skont il-punt 5 ta’ dan l-Anness.

Nota 2:

Il-metalli ma għandhomx ikunu soġġetti għal ittestjar organolettiku peress li hu ġeneralment aċċettat li jekk jiġu ssodisfati l-valuri parametriċi stabbiliti fl-Anness I, mhux probabbli li jkun hemm problemi organolettiċi.

Nota 3:

Skont l-eżistenza ta’ sustanzi organiċi fil-kompożizzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).


ANNESS VI

Parti A

Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE

(ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Il-punt 29 biss tal-Anness II

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14)

Il-punt 2.2 biss tal-Anness

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787

(ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6)

 

Parti B

Il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Id-Direttiva

Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

98/83/KE

Il-25 ta’ Diċembru 2000

(UE) 2015/1787

Is-27 ta’ Ottubru 2017


ANNESS VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 98/83/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punti (3) sa (11)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5) u (6)

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 7(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 13(2), kliem introduttiv

Artikolu 13(2), punti (a) sa (e)

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(5) u (6)

Artikolu 13(4) u (5)

Artikolu 13(6) sa (8)

Artikolu 8(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3)

Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 8(5)

Artikolu 8(6)

Artikolu 14(6)

Artikolu 8(7)

Artikolu 14(4), kliem introduttiv, punt (a)

Artikolu 14(4), punti (b) u (c)

Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttiv

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (c)

Artikolu 9(1), it-tieni sentenza

Artikolu 15(1), it-tieni subparagraph

Artikolu 9(1), it-tielet sentenza

Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3) sa (6)

Artikolu 15(2) sa (5)

Artikolu 9(7)

Artikolu 18(1), punt (e)

Artikolu 9(8)

Artikolu 15(6)

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 20

Artikolu 12

Artikolu 22

Artikolu 13(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(2) u (3)

Artikolu 13(2) sa (6)

Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (d)

Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(2) sa (5)

Artikolu 19

Artikolu 21

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 26

Artikolu 17

Artikolu 24

Artikolu 18

Artikolu 27

Artikolu 19

Artikolu 28

Anness I, Parti A

Anness I, Parti A

Anness I, Parti B

Anness I, Parti B

Anness I, Parti C

Anness I, Parti C

Anness I, Parti D

Anness II, Parti A, punti (1) u (2)

Anness II, Parti A, punti (1) u (2)

Anness II, Parti A, punt (3)

Anness II, Parti A, punt (3)

Anness II, Parti A, punt (4)

Anness II, Parti A, punt (4)

Anness II, Parti B, punt (1)

Anness II, Parti B, punt (2)

Anness II, Parti B, punt (1)

Anness II, Parti B, punt (3)

Anness II, Parti B, punt (2)

Anness II, Parti C

Anness II, Parti C

Anness II, Parti D, punti (1) u (2)

Anness II, Parti D, punti (1) u (2)

Anness II, Parti D, punt (3)

Anness II, Parti D, punt (3)

Anness II, Parti D, punt (4)

Anness III, l-ewwel subparagrafu

Anness III, l-ewwel subparagrafu

Anness III, it-tieni subparagrafu

Anness III, it-tieni subparagrafu

Anness III, it-tielet subparagrafu

Anness III, Parti A, l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Anness III, Parti A, it-tielet subparagrafu, punti (a) sa (f)

Anness III, Parti A

Anness III, Parti B, punt (1), l-ewwel subparagrafu

Anness III, Parti B, punt (1), l-ewwel subparagrafu

Anness III, Parti B, punt (1), it-tieni subparagrafu

Anness III, Parti B, punt (1), it-tielet subparagraju u Tabella 1

Anness III, Parti B, punt (1), it-tieni subparagrafu u Tabella 1

Anness III, Parti B, punt (1), Tabella 2

Anness III, Parti B, punt (2)

Anness III, Parti B, punt (2)

Anness III, Parti B, punt (3)

Anness IV

Anness V

Anness VII

Anness IV

Anness V

Anness VI


Top