Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

    Ftehimiet internazzjonali

    F'din it-taqsima, tista’ ssib strumenti prodotti mill-UE fl-eżerċizzju tal-kompetenzi esterni tagħha, inklużi:

    • ftehimiet konklużi b’mod konġunt mill-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea (jew dawk li kienu l-Komunitajiet Ewropej - KE, KEE, KEFA) u/jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’oqsma fejn l-UE u l-Istati Membri jikkondividu l-kompetenzi (ftehimiet “imħallta”);
    • ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi mill-Unjoni Ewropea (jew dawk li kienu l-Komunitajiet Ewropej - KE, KEE, KEFA) u/jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’oqsma fejn l-UE tista’ taġixxi waħedha (“kompetenza esklużiva tal-UE”);
    • atti ta’ korpi maħluqa minn ftehimiet internazzjonali bħal dawn.

    Se ssib dawn il-ftehimiet internazzjonali tal-UE akkumpanjati minn analiżi legali rikka u links għal informazzjoni relatata (validità tal-att, dati ta’ meta daħlu fis-seħħ, relazzjonijiet ma’ dokumenti oħra u ħafna aktar).

    Kif tfittex f’din it-taqsima?

    In-naħa tax-xellug ta’ din il-paġna tagħti aċċess għal diversi għodod ta’ tfittxija.

    • Fittex fil-ftehimiet internazzjonali tieħdok lejn il-formola tat-tfittxija avvanzata li toffri ħafna opzjonijiet. It-tfittxijiet se jitwettqu biss fi ħdan it-taqsima “Ftehimiet internazzjonali”.
    • Id-Direttorju tal-ftehimiet internazzjonali fih id-dokumenti kollha ta’ din it-taqsima organizzati f’20 qasam ewlieni u diversi subdominji.
    • It-tfittxija f’Ippubblikati reċentement tagħti aċċess għad-dokumenti ppubblikati kollha fl-aħħar 14-il jum.