Profili ta’ karriera mal-UE
Agħżel il-Karriera tiegħek mal-UE
Fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE tista’ ssegwi għażliet ta’ karriera differenti skont l-aspirazzjonijiet professjonali u l-isfond edukattiv tiegħek.
Qabbel il-ħiliet tiegħek mal-oqsma ta’ karriera ta’ hawn taħt u agħżel il-profil li hu l-aktar adatt għalik.
Kemm jekk tidħol fl-istituzzjonijiet tal-UE bi profil “ġeneralista” (eż. avukat, ekonomista, gradwat fl-amministrazzjoni pubblika) jew wieħed “speċjalista” (eż. xjenzjat, tekniku, uffiċjal finanzjarju, tabib, traduttur), tista’ ssegwi perkorsi ta’ karriera li jagħmlu l-aħjar użu mill-ħiliet tiegħek u/jew mill-esperjenza ta’ xogħol preċedenti tiegħek.
F’dawn ir-rwoli, int se tkun tista’ tagħmel differenza fi kwistjonijiet ewlenin bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp ekonomiku, il-komunikazzjoni diġitali, il-migrazzjoni jew l-impjiegi, biex insemmu xi wħud.
Tgħallem aktar dwar kategoriji differenti tal-istaff, kif tapplika għal pożizzjonijiet vakanti u t-testijiet li jista’ jkollok bżonn tgħaddi minnhom sabiex tikseb impjieg mal-istituzzjonijiet tal-UE.
Skopri pożizzjonijiet vakanti disponibbli fil-paġna tagħna opportunitajiet ta’ xogħol.