Tista’ tuża ċ-ċentru tar-riżorsi ta’ EPALE (li daqt sejjer ikun disponibbli) biex issir taf dwar prattiki tajba, materjal pedagoġiku, riżultati ta’ riċerka, eċċ., li tista’ ssib ta’ interess għall-proġett tiegħek.
Id-diversi funzjonijiet interattivi, inkluż forums ta’ diskussjoni, sejrin jippermettulek tiskambja prattika tajba ma’ professjonisti oħra fl-Ewropa. Barra minn hekk, is-sit sejjer joffri faċilità ta’ tiftix tal-imsieħba, jekk tkun trid issaħħaħ is-sħubija attwali tiegħek.
Jekk il-proġett tiegħek huwa ffinanzjat permezz tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja jew il-programm Erasmus+, ir-ri¿ultati tal-proġett tiegħek għandhom jittellgħu fuq il-Pjattaforma ta’ Tixrid Erasmus+, u EPALE tista’ tagħmel link magħhom hemmhekk. Jekk jogħġbok innota li l-mistoqsijiet relatati mal-Pjattaforma ta’ Tixrid Erasmus+ innifisha għandhom jiġu indirizzati lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek. Jekk trid li EPALE tagħmel link mar-ri¿ultati tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja l-helpdesk tagħna permezz tal-email fuq: helpdesk@epale-support.eu
Il-proġetti l-oħrajn kollha jistgħu jissottomettu riżorsi għal pubblikazzjoni diretta fil-librerija ta’ EPALE, jew għal link għall-websajt tagħhom. Jekk jogħġbok innota li l-esperti ta’ EPALE sejrin jiċċekkjaw li r-riżorsi proposti huma xierqa biex issir referenza għalihom f’EPALE (sejra tkun disponibbli aktar informazzjoni dwar dan daqt).
Il-kalendarju ta’ EPALE joffrilek ukoll l-opportunità li tirreklama l-konferenzi tal-proġett, il-korsijiet u s-seminars tiegħek, u tibni l-profil tal-proġett tiegħek madwar l-UE kollha. Tista’ tikkunsidra wkoll li tattendi avvenimenti ta’ organizzazzjonijiet oħra bħala opportunità biex ixxerred l-eżiti tal-proġett tiegħek. Jekk tixtieq tinkludi avveniment fil-kalendarju ta’ EPALE, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġna ddedikata tiegħek [link].