-
Politika dwar it-taħriġ ġudizzjarju tal-UE
It-taħriġ tal-professjonisti tal-ġustizzja dwar id-dritt tal-UE huwa għodda essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u effettiva tad-dritt tal-UE, biex trawwem il-fiduċja reċiproka fost il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera u biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-valuri u l-prinċipji tal-UE, bħall-istat tad-dritt. Għandu l-għan li jippermetti lill-professjonisti kollha tal-ġustizzja (imħallfin, prosekuturi, nutara, bailiffs, uffiċjali tal-probation, persunal tal-ħabs) jaraw ir-rwol tad-dritt tal-UE fil-prattika tagħhom, jagħtuha effett sħiħ u jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-UE fi proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali u transfruntiera.
-
Pjattaforma ewropea għat-taħriġ
Għodda ta’ tiftix għall-prattikanti tal-ġustizzja biex isibu korsijiet ta’ taħriġ u riżorsi ta’ awtotaħriġ dwar il-liġi tal-UE. Il-prattikanti legali u l-professjonisti tal-ġustizzja jistgħu jsibu fl-applikazzjoni tal-ETP, korsijiet ta’ taħriġ u materjal ta’ awtotagħlim dwar varjetà kbira ta’ suġġetti.
-
Netwerks u strutturi tat-taħriġ tal-UE
Bl-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni Ewropea u aktar mobbiltà għal ċittadini Ewropej, ħarġet ħtieġa ċara fl-aħħar deċennju għal taħriġ kontinwu għal ġuristi fil-livell Ewropew. Diversi strutturi Ewropej, stabbiliti bis-sostenn tal-Istati Membri, kif ukoll xi organizzazzjonijiet professjonali jipprovdu dan it- taħriġ, ta' spiss b'sostenn ta' ffinanzjar Ewropew.
-
Sistemi nazzjonali ta' taħriġ
Informazzjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ taħriġ nazzjonali tal-ġuristi. Arranġamenti għal taħriġ fil-pajjiżi tal-UE jiggarantixxu l-kwalità u l-iskala tat-taħriġ.
-
Il-prattiki ta' taħriġ tajbin
Hawnhekk, min iħarreġ jista’ jsib skedi informattivi li jiddeskrivu prattiki tajba fit-taħriġ tal-imħallfin u tal-prosekuturi. Il-prattiki jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti, minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ għall-għoti u l-evalwazzjoni tat-taħriġ.
-
Képzési módszertan
Ippjanar tajjeb huwa essenzjali għas-suċċess ta' kors ta' taħriġ. Is-segwenti (għalkemm mhux dejjem huma marbuta direttament mat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew) huma eżempji ta' prattiki tajbin ta' taħriġ u jistgħu jkunu utli għall-fornituri tat-taħriġ.