Talbiet żgħar

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 861/2007.

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 861/2007 tat-11 ta’ Lulju li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu l-għan li jtejjeb u jissimplifika l-proċeduri fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-5000 €.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-proċedura għal Talbiet Żgħar topera abbażi ta’ formoli standard. Din hija proċedura bil-miktub sakemm il-qorti ma tiddeċidix neċessarju li jkun hemm seduta ta' smigħ.

Is-seduti ta' smigħ jistgħu jitwettqu permezz ta’ konferenza bit-telefown jew vidjokonferenza jekk it-tagħmir ikun disponibbli lill-qorti.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll it-termini perentorji għall-partijiet u għall-qorti sabiex titħaffef il-litigazzjoni.

Ir-Regolament jipprovdi għal erba’ formoli standard.

Ma tafx jekk l-ordni tal-ħlas Ewropea jew il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar tistax tintuża għat-talba tiegħek? Uża l-wizard disponibbli fuq il-paġna Formoli online biex jgħinek tiddeċiedi.

Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u l-forom li jistgħu jimtlew fuq il-kompjuter u jiġu stampati.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħoloq relatati

GWIDA għall-UTENTI għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar  PDF (1828 Kb) mt

Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar  PDF (2367 Kb) mt

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju
L-aħħar aġġornament: 01/04/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.