Prinċipji ewlenin
Il-KtR jaħdem biex iqarreb liċ-ċittadini lejn l-UE. Billi jinvolvi lir-rappreżentanti lokali u reġjonali li ta' kuljum ikunu f'kuntatt mal-preokkupazzjonijiet tal-elettorat tagħhom, iżda wkoll billi jistieden liċ-ċittadini jipparteċipaw f'avvenimenti u dibattiti differenti, il-KtR jikkontribwixxi biex inaqqas id-distakk bejn il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini tal-UE.
Fatti ewlenin
- 70% tal-leġislazzjoni tal-UE għandha impatt reġjonali u lokali dirett
- 27 pajjiż tal-UE
- 329 membru elett fil-livell lokali u reġjonali
- 6 kummissjonijiet
- 6 gruppi politiċi
- sa 6 sessjonijiet plenarji fis-sena
- aktar minn 50 opinjoni adottata kull sena
Dikjarazzjoni tal-missjoni
L-azzjoni politika tagħna hija bbażata fuq il-konvinzjoni li l-kooperazzjoni bejn il-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali hija essenzjali biex tinbena unjoni dejjem eqreb u li tipprovdi appoġġ reċiproku fost il-popli tal-Ewropa u twieġeb għall-isfidi tal-globalizzazzjoni.
Governanza f'diversi livelli
Il-ħidmija fi sħubija hija pilastru ieħor tal-ħidma tal-KtR. Fi kliem ieħor, il-KtR jemmen f'azzjoni kkoordinata bejn il-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.
Sussidjarjetà
Il-proċess leġislattiv kollu tal-UE għandu jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, li jfisser li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-livell tal-gvern li l-aħjar jaqdi l-interess pubbliku – lokalment meta jkun possibbli.
Il-membri tal-KtR huma affiljati ma' gruppi politiċi?
Il-membri tal-KtR huma raggruppati skont l-affiljazzjoni politika tagħhom:
- Il-Partit Popolari Ewropew (PPE)
- Il-Partit Soċjalista Ewropew (PSE)
- Renew Europe
- Il-Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (KRE)
- Il-Grupp tal-Alleanza Ewropea (AE)
- The Greens
Il-gruppi ġeneralment jiltaqgħu qabel kull sessjoni plenarja. Kull sena jista' jkollhom ukoll żewġ laqgħat straordinarji (li jsiru barra minn Brussell).
X'inhu l-baġit annwali tal-KtR?
Il-baġit annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni jkopri l-ispejjeż għall-persunal u l-membri politiċi tiegħu, l-interpretazzjoni kif ukoll l-attivitajiet ta' komunikazzjoni. Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-baġit tal-istituzzjonijiet tal-UE u kif jintuża żur il-paġna tal-baġit tal-UE tal-Kummissjoni Ewropea.
X'impatt għandu l-KtR?
L-UE mhijiex obbligata tqis l-opinjonijiet tal-KtR, iżda fil-prattika tqishom, fi gradi differenti (ara r-rapporti annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-segwitu tal-opinjonijiet tal-KtR, flimkien mar-rapporti t a' impatt tal-KtR).
Kemm jitħallsu l-membri?
Il-membri jitħallsu biss l-ispejjeż marbuta mal-attendenza tagħhom fil-laqgħat u din l-attendenza tiġi rreġistrata fil-minuti tal-laqgħat kollha disponibbli fil-Portal tal-Membri flimkien mad-dettalji personali tagħhom u l-attività tagħhom fil-laqgħat.