Mur għall-kontenut ewlieni

Strateġija u politika

L-għanijiet politiċi ġenerali tal-UE huma żviluppati b’mod kollettiv mill-istituzzjonijiet tagħha. Skopri kif l-istrateġija tal-UE hi żviluppata u tradotta f’politiki u inizjattivi mill-Kummissjoni Ewropea.

Stabbiliment tal-prijoritajiet strateġiċi

L-istrateġija ġenerali tal-UE hi żviluppata b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tagħha: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea.

B’mod partikolari, il-Kunsill Ewropew jipprovdi d-direzzjoni u l-għanijiet tal-UE għal perijodu ta’ 5 snin fl-Aġenda Strateġika tal-UE.

Kull ħames snin, fil-bidu tat-terminu tal-Kummissjoni l-ġdida, il-President tal-Kummissjoni jiddetermina wkoll il-prijoritajiet politiċi għall-mandat li jkun ġej.

Kull sena, fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni jippreżenta u jiddibatti mal-Parlament Ewropew il-kisbiet tal-Kummissjoni matul is-sena preċedenti u jħabbar inizjattivi ewlenin ippjanati għas-sena li ġejja. Dawn l-inizjattivi huma kondiviżi wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew u mal-Presidenza tal-Kunsill b’rotazzjoni fl-hekk imsejħa “ittra ta’ intenzjoni”.

Abbażi ta’ dan u tal-prijoritajiet ġenerali ta’ 5 snin, pjan ta’ azzjoni għas-sena kalendarja li jmiss hu stabbilit fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Dan jiddeskrivi kif il-prijoritajiet politiċi se jinbidlu f'azzjonijiet konkreti.

Permezz tal-prospettiva strateġika, il-Kummissjoni tfittex ukoll li tinkorpora għarfien futur fit-tfassil tal-politika, l-ippjanar strateġiku, u t-tħejjija tagħha.

It-tfassil ta’ politiki u liġijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħrajn fl-UE, f’konformità mar-regoli ta’ regolamentazzjoni aħjar

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni, il-pjanijiet ta’ ġestjoni, il-pjanijiet strateġiċi u r-rapporti annwali tal-attività

Ippjanar mid-dipartimenti

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jipproduċu pjanijiet strateġiċi u ta' ġestjoni li juru kif huma se jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jistabbilixxu objettivi ċari u indikaturi għall-monitoraġġ u r-rapportar.

Għal kull inizjattiva leġiżlattiva maġġuri u li tiddifennixxi l-politika, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jippreparaw valutazzjoni tal-impatt biex janalizzaw l-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta’ kull proposta.

Lista ta' inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni u lista tal-inizjattivi adottati tal-Kummissjoni tkun aġġornata regolarment u tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE biex tgħinhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Valutazzjonijiet tal-impatt

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politiki

Il-politiki tal-UE huma mfasslin biex jissarrfu f’benefiċċji għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-partijiet ikkonċernati fl-UE. Għodod ta' regolamentazzjoni aħjar jiżguraw li kull politika ġdida tkun ibbażata fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki disponibbli.

Il-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta l-politiki tal-UE billi:

  • tipproponi liġijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • tgħin lill-pajjiżi tal-UE jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE
  • timmaniġġja l-baġit tal-UE u talloka l-fondi
  • tiżgura li jkun hemm konformità mal-liġi tal-UE flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja
  • tirrappreżenta lill-UE barra mill-Ewropa flimkien mas-servizz diplomatiku tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Politiki tal-UE

Semma' leħnek dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni

Segwi t-tfassil tal-liġijiet

Il-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE hu l-għodda li tippermetti lill-UE twettaq il-prijoritajiet ta’ politika tagħha u tinvesti fi proġetti fuq skala kbira li l-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jiffinanzjaw waħedhom. Billi jiġbor flimkien ir-riżorsi, il-baġit tal-UE joħloq valur miżjud, isaħħaħ l-ekonomija u l-pożizzjoni ġeopolitika tal-Ewropa.

Il-baġit tal-UE għaddej

Il-baġit fit-tul tal-UE

L-UE bħala mutwatarju – Relazzjonijiet mal-investituri

Rapportar

Il-Kummissjoni tippjana u tirrapporta dwar il-ħidma tagħha skont ċiklu annwali magħruf bħala ċ-ċiklu tal-ipprogrammar u l-ippjanar strateġiku. Il-Kummissjoni tippubblika regolarment rapporti li jirriżultaw minn kull ċiklu.

Fl-aħħar tas-sena tal-baġit, id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni jipproduċu rapport ta' attività annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom fit-twettiq tal-objettivi tagħhom. Dawn ir-rapporti jinġabru f'rapport ta' sinteżi kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Mill-2016 'il quddiem, ir-rapport ta’ sinteżi hu inkluż fir-rapport annwali tal-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE.

Rapporti annwali tal-attività

Rapporti annwali dwar l-immaniġġjar u l-prestazzjoni

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni tevalwa kontinwament jekk il-politiki tal-UE jkunux issodisfaw il-ħtiġijiet tan-negozji u ċ-ċittadini Ewropej. L-evalwazzjonijiet jivvalutaw politika għall-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjonijiet huma komunikati lill-pubbliku permezz ta' pjanijiet direzzjonali ta' evalwazzjoni.

Evalwazzjoni tal-politiki