Gwida dwar l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi dokument ta’ gwida li jippreżenta l-kwistjonijiet li x-xerrejja pubbliċi għandhom ikunu jafu dwarhom biex jibdew u jiżviluppaw l-akkwist tal-prattika tal-innovazzjoni.
Gwida dwar l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni
Il-pjattaforma tal-akkwist tal-innovazzjoni
Il-pjattaforma tal-akkwist tal-innovazzjoni tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi, dawk li jfasslu l-politika, riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħrajn biex jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni. Din tinkludi forum dwar l-akkwist u ċentru ta’ riżorsi. Disponibbli bl-Ingliż biss.
Il-pjattaforma tal-akkwist tal-innovazzjoni
L-assistenza Ewropea għall-akkwist tal-innovazzjoni
Dan is-sit web joffri assistenza ddedikata għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi innovattivi, flimkien ma’ studji ta’ każijiet dettaljati u rakkomandazzjonijiet.
Sit web dwar l-assistenza Ewropea għall-akkwist tal-innovazzjoni
Inrawmu l-innovazzjoni fl-SMEs
In-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma l-mexxejja tal-innovazzjoni f’ħafna swieq. Li tingħatalhom għajnuna biex ikollhom aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku joħloq opportunitajiet għalihom biex jikbru.
Manwal ta’ gwida: L-akkwist bħala xprun tal-innovazzjoni fl-SMEs u s-servizzi pubbliċi
L-akkwist prekummerċjali
L-akkwist prekummerċjali huwa approċċ rakkomandat għax-xiri ta’ servizzi tal-R&D b’mod li jaqsam kemm ir-riskju (il-kost) u l-benefiċċji (ir-riżultati). Dan jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jħallsu anqas għal servizzi tal-R&D filwaqt li jħalli lill-industrija biżżejjed drittijiet biex tuża mill-ġdid ir-riżultati pożittivi fi proġetti oħrajn.