Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) hi strument ewlieni fil-qofol tan-NextGenerationEU - il-pjan tal-UE biex toħroġ aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti mill-kriżi attwali.
Permezz tal-Faċilità, il-Kummissjoni tiġbor fondi billi tissellef fis-swieq kapitali (toħroġ bonds f’isem l-UE). Dawn imbagħad ikunu disponibbli għall-Istati Membri tagħha, biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi li:
- jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE;
- jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali.
L-RRF hi wkoll kruċjali għall-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU, ir-rispons tal-Kummissjoni għat-tbatija soċjoekonomika u t-tfixkil globali fis-suq tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja.
- Il-Faċilità daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2021. Tiffinanzja riformi u investimenti fl-Istati Membri tal-UE li saru mill-bidu tal-pandemija fi Frar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2026. Il-pajjiżi jistgħu jirċievu finanzjament sa ammont massimu miftiehem minn qabel.
- Biex jibbenefikaw mill-appoġġ taħt il-Faċilità, il-gvernijiet tal-UE ppreżentaw pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, li jiddeskrivu r-riformi u l-investimenti li se jimplimentaw sa tmiem l-2026, bi stadji importanti u miri ċari. Il-pjanijiet kellhom jallokaw minn tal-anqas 37% tal-baġit tagħhom għall-miżuri ekoloġiċi u 20% għall-miżuri diġitali.
- Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hi bbażata fuq il-prestazzjoni. Dan ifisser li l-Kummissjoni tħallas biss l-ammonti lil kull pajjiż meta jkunu laħqu l-istadji importanti u l-miri miftiehma lejn it-tlestija tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan tagħhom.
- Meta jkunu lestew l-istadji importanti u l-miri miftiehma, il-gvernijiet jitolbu pagament (sa darbtejn fis-sena).
- Il-Kummissjoni tivvaluta dawn it-talbiet għal pagament biex tivverifika li l-istadji importanti u l-miri jkunu ntlaħqu. Jekk iva, tħallas l-ammonti li tkun ġabret fis-swieq kapitali.
Member States can revise their plans based on the available legal grounds under the RRF Regulation. The Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEU of February 2023 describes in detail how Member States can request such amendments.
A revision can be linked to financial aspects, that is:
- to benefit from additional REPowerEU funds;
- to reflect a change in a Member State's maximum financial allocation under the RRF;
- resources needed in order to take up additional RRF loans.
Member States can also amend their plan if they can demonstrate that objective circumstances render the implementation of certain milestones and targets unfeasible. For example, those objective circumstances could be linked to inflation, shortages in the supply chain or the fact that there is a better alternative to fulfil the intended policy objective of a measure.
The RRF Regulation requires that the Commission provides the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions with a mid-term evaluation on the implementation of the Recovery and Resilience Facility. This will be followed by an 'ex post evaluation' in 2028, once the measures included in the recovery plans are fully implemented.
Il-pjan REPowerEU rrikonoxxa li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u nadifa. Billi tipprovdi finanzjament addizzjonali tal-UE, il-Faċilità se tgħin lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu r-riformi u l-investimenti kritiċi meħtieġa biex itemmu malajr id-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili Russi.
Sa miċ-ċiklu tiegħu tal-2022, il-proċess tas-Semestru Ewropew kien adattat biex iqis il-ħolqien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-Faċilità u tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’pajjjiżek
L-Istati Membri jużaw il-fondi pprovduti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi biex jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Esplora l-paġni ta’ hawn taħt biex issir taf dwar il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ pajjiżek u kif qed jiġi implimentat.
Dawn il-paġni fihom l-informazzjoni rilevanti kollha speċifika għall-pajjiż, inklużi l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-valutazzjoni tal-pjanijiet mill-Kummissjoni kif ukoll informazzjoni dwar il-pagamenti mitluba mill-Istati Membri u l-fondi mħallsa mill-Kummissjoni.
Din it-taqsima tiġbor flimkien id-dokumenti speċifiċi għall-pajjiż relatati mas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari (i) ir-rapporti tal-pajjiżi, (ii) il-programmi nazzjonali dwar ir-riformi u l-aġġustament fiskali, (iii) il-valutazzjoni ta’ dawn il-programmi, (iv) ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mill-UE, u (v) l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji.
Mappa ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Din il-mappa tipprovdi eżempji ta’ riformi u investimenti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri differenti. Din mhix bażi ta’ data eżawrjenti ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità u se tiġi aġġornata regolarment hekk kif l-implimentazzjoni timxi ’l quddiem. L-ammonti ta’ finanzjament murija jirriflettu l-istimi tal-kostijiet inizjali inklużi fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.
Tranżizzjoni ekoloġika
Enfasi fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet ekoloġiċi - il-mobbiltà sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-ekonomija ċirkolari; u l-bijodiversità.
Politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss
It-titjib tal-aċċess u l-kwalità għall-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja; enfasi fuq l-edukazzjoni diġitali, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; l-appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ.
Tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv
Il-promozzjoni tal-intraprenditorija, il-kompetittività, l-industrijalizzazzjoni; it-titjib fl-ambjent kummerċjali; it-trawwim tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-appoġġ għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju.
Trasformazzjoni diġitali
Il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, il-proċessi tal-gvern, u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs; l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati; l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp relatati mas-settur diġitali u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati.
Koeżjoni soċjali u territorjali
It-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali u territorjali, inklużi l-protezzjoni soċjali u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati; l-appoġġ għall-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet; il-ħolqien ta’ impjiegi stabbli u ta’ kwalità għolja.
Reżiljenza tas-saħħa u reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali
It-titjib tar-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul, inklużi miżuri biex tiġi avvanzata d-diġitalizzazzjoni tagħhom; iż-żieda fl-effettività tas-sistemi tal-amministrazzjoni pubblika.
Il-mappa sservi esklużivament għal skopijiet ta’ informazzjoni u mhix bażi tad-data eżawrjenti ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Din ma tirriflettix id-distribuzzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Unjoni Ewropea, u lanqas f’żoni ġeografiċi jew setturi differenti fi ħdan l-Istati Membri tal-UE. L-ammonti ta’ finanzjament tal-RRF murija għall-miżuri huma bbażati fuq l-istimi tal-kostijiet inizjali inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.
Barra minn hekk, il-proġetti murija huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni futura mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-verifika tat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri skont ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
- F’Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet it-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RECOVER) fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tagħha.
- B’mod konġunt mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, RECOVER hi responsabbli għat-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. RECOVER tikkoordina wkoll is-Semestru Ewropew u tirrapporta lill-President tal-Kummissjoni.
- Dan il-grupp ta’ esperti jservi bħala forum importanti għall-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali biex jiskambjaw fehmiet dwar aspetti trasversali li jirriżultaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
- Il-grupp hu magħmul minn membri tal-korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u hu ppresedut b’mod konġunt mit-Taskforce RECOVER fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Jiltaqa’ perjodikament ma’ esperti minn kull pajjiż tal-UE biex jiskambja fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.
- Barra minn hekk, jiffaċilita u jippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba dwar ħafna aspetti tal-implimentazzjoni tal-RRF. Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha, bħal aġendi, minuti, rapporti, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u oħrajn, f’sit web iddedikat.
- INFORM EU hu network mifrux mal-UE kollha ta’ uffiċjali tal-komunikazzjoni responsabbli għall-komunikazzjoni dwar l-investimenti tal-UE u dawk nazzjonali taħt ċerti fondi tal-UE, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Aktar informazzjoni u kuntatti.
- Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-UE għandhom obbligu ġenerali li jirrikonoxxu l-oriġini ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE li jkunu rċevew u jiżguraw li dan il-fatt jintwera b’mod prominenti. Dan japplika wkoll għall-finanzjament taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Tista’ ssib aktar informazzjoni u gwida għall-awtoritajiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħra tal-UE fis-siti web iddedikati
- Il-ġlieda kontra l-frodi hi prijorità għall-Kummissjoni Ewropea. Jekk taf bi kwalunkwe att ta’ frodi, jekk jogħġbok irrapportah lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.