European Economic
and Social Committee
Membri u Gruppi
Il-KESE għandu 329 membru mill-Istati Membri kollha tal-UE, li jinħatru għal mandat ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded. Il-mandat attwali jkopri l-perjodu minn Ottubru 2015 sa Settembru 2020. Il-membri huma nominati mill-gvernijiet nazzjonali u jinħatru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Huma indipendenti u jwettqu dmirijiethom fl-interess taċ-ċittadini kollha tal-UE. In-numru tal-membri għal kull pajjiż huwa approporzjon tal-popolazzjoni tal-pajjiż.
Il-membri jaħdmu fi tliet gruppi, li jirrappreżentaw lil "Min Iħaddem" (Grupp I), lill-"Ħaddiema" (Grupp II) u lill-"Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili" (il-bdiewa, il-professjonijiet liberali, u l-konsumaturi eċċ. – Grupp III). Kull grupp għandu s-segretarjat tiegħu. Il-membri tal-KESE stess jagħżlu f’liema grupp jixtiequ jissieħbu.
Il-membri tal-KESE jistgħu, fuq bażi volontarja, jiffurmaw kategoriji, li jirrappreżentaw l-interessi ekonomiċi u soċjali differenti tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE u huma magħmula minn membri mit-tliet