Id- delegazzjonijiet nazzjonali huma magħmula minn membri tal-KtR minn kull wieħed mis-27 pajjiż tal-UE. Dawn jirriflettu b’mod ġenerali l-bilanċ politiku, ġeografiku u lokali/reġjonali ta’ kull Stat Membru.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea uffiċjalment jaħtar il-membri tal-KtR, fuq proposta mill-Istati Membri.
Flimkien, huma jifformaw it-329 membru tal-assemblea tal-KtR li tiltaqa’ fi Brussell għadd ta’ drabi fis-sena biex jiddiskutu prijoritajiet politiċi u jadottaw opinjonijiet dwar il-leġislazzjoni tal-UE.
Kull delegazzjoni nazzjonali tagħżel president u taħtar koordinatur. Ir-rwol tal-koordinatur huwa li jiżgura il-kuntatt bejn l-amministrazzjoni tal-KtR u l-membri tad-delegazzjoni nazzjonali tagħhom.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Il-kontenut ta’ dawn il-paġni ġie pprovdut mill-koordinaturi tad-delegazzjonijiet nazzjonali.
Il-Kumitat tar-Reġjuni mhuwiex responsabbli għall-informazzjoni miġbura fihom.