Medjaturi

Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fir-Repubblika Ċeka.

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja

Kif issib medjatur fir-Repubblika Ċeka

L-att dwar il-Medjazzjoni daħal fis-seħħ fl-2012; dan l-att stabbilixxa lista pubblika ta’ medjaturi, li fiha huma elenkati l-persuni kollha awtorizzati jaġixxu ta’ medjaturi. Il-lista tal-medjaturi tinżamm mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi tar-Repubblika Ċeka huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Kif issib medjatur fir-Repubblika Ċeka?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka jżomm il-lista tal-medjaturi rreġistrati skont l-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 09/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.